1Ħażin għalik, Arjel, Arjel,
il-belt fejn David waqqaf il-kamp!
Żidu sena fuq sena,
ħa jgħaddu l-festi fid-dawra tagħhom.
2Jien ngħakkes lil Arjel,
u jkun hemm ilmenti u krib.
Int tkun għalija bħal Arjel.
3U nwaqqaf il-kamp kontrik madwarek,
indawrek bit-torrijiet,
u nħaffer madwarek trunċiera,
u ntella’ għodod tal-gwerra kontrik.
4Nixħtek mal-art, u mill-art titkellem,
u kliemek joħroġ minn ġot-trab;
u leħnek jitla’ mill-art bħal ta’ xi ruħ,
u kliemek tpespes minn ġewwa t-trab.
5Il-kotra tal-għedewwa tiegħek ikunu bħal għabra fina,
u bħal karfa mtajra l-kotra tal-qawwijin.
Jiġri ħin bla waqt,
6li l-Mulej tal-eżerċti jżurek
bir-ragħad, theżżiż u ħsejjes kbar,
b’riefnu u tempesta, u ilsna ta’ nar qerried.
7Tkun bħal ħolma, dehra billejl,
il-kotra kollha tal-ġnus jaħbtu għal Arjel,
dawk li jaħbtu għaliha,
u għal torrijietha u jrossu fuqha.
8U bħal meta wieħed imġewwaħ joħlom li qiegħed jiekol,
u jistenbaħ u jsib ħalqu b’xejn;
u bħal meta wieħed għatxan joħlom li qiegħed jixrob,
jistenbaħ mifni u bi griżmejh niexfa;
hekk jiġrilha l-kotra kollha tal-ġnus li jaħbtu għall-muntanja ta’ Sijon.
L-għama u l-wiċċ b’ieħor ta’ Iżrael9Stagħġbu u bliehu!
Agħlqu għajnejkom, u ibqgħu għomja;
iskru, mhux bl-inbid,
tbandlu, mhux bix-xorb qawwi!
10Għax il-Mulej xeħet fikom spirtu ta’ ngħas qawwi,
għalqilkom għajnejkom - il-profeti;
u għattielkom raskom - il-viżjunarji.
11Għalikom kull viżjoni ta’ dan kollu tkun bħal kliem ta’ ktieb issiġillat, li jagħtuh lil xi ħadd li jaf jaqra u jgħidulu: “Aqra dan”, u hu jwieġeb: “Ma nistax għax issiġillat.”
14Għalhekk, arani, se nerġa’ nagħmel
l-għeġubijiet ma’ dan il-poplu,
għeġubijiet mill-aktar kbar,
u jintemm l-għerf tal-għorrief tiegħu,
u jgħib id-dehen tad-dehnin tiegħu.”
15Ħażin għal dawk li jaħbu fil-fond fehmithom lill-Mulej,
li għemilhom jinsab fid-dlam,
u jgħidu: “Min se jarana? Min se jagħrafna?”
16X’ħażen magħkom!
Jaqaw il-fuħħari jitqies bħat-tafal,
biex ix-xogħol jgħid fuq min għamlu:
“Mhux hu għamilni!”
u l-fuħħar jgħid fuq il-fuħħari: “Ma jifhimx!”?Il-fidwa ta’ Iżrael
17Mhux tassew li minn hawn u ftit ieħor,
jerġa’ jsir bħal ġnien il-Libanu,
u l-ġnien jitqies bħall-masġar?
18U dakinhar it-torox jisimgħu kliem il-ktieb;
u, meħlusin mis-swied u d-dlam, għajnejn l-għomja jaraw;
19u l-imsejknin jifirħu fil-Mulej,
u l-fqajrin fost il-bnedmin jaqbżu bil-ferħ bil-Qaddis ta’ Iżrael.
20Għax it-tirann għab, u l-insolenti ntemm,
u tqaċċtu dawk kollha li jfittxu d-dnewwa;
21li jwaqqgħu l-ħtija fuq ħaddieħor,
u jonsbu n-nassa lill-imħallef fil-bieb,
u jwarrbu l-ġust għal kull xejn.
22Għalhekk dan jgħid il-Mulej;
hu li feda lil Abraham,
lid-dar ta’ Ġakobb:
“Ma jistħix aktar Ġakobb,
u wiċċu aktar ma jisfarx.
23Għax meta jara lil uliedu,
l-opra ta’ jdejja f’nofsu, iqaddsu ismi;
iqaddsu l-qaddis ta’ Ġakobb,
u jibżgħu minn Alla ta’ Iżrael.
24U dawk li jiżbaljaw f’ruħhom, jiksbu d-dehen,
u dawk li jgemgmu, jiksbu t-tagħlim.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.