1Fis-sena sebgħa u għoxrin ta’ Ġerobogħam, sultan ta’ Iżrael, beda jsaltan Għażarija bin Amasija, sultan ta’ Ġuda.Sallum sultan ta’ Iżrael
13Sallum bin Ġabes beda jsaltan fuq Iżrael fis-sena disgħa u tletin ta’ Għużżija, sultan ta’ Ġuda, u baqa’ jsaltan għal xahar f’Samarija.
14U qam Menaħem bin Gadi minn Tirsa u mar is-Samarija, u darab lil Sallum bin Ġabes f’Samarija, u qatlu; u beda jsaltan floku.
15U l-bqija tal-ġrajja ta’ Sallum, u l-konfoffa li għamel, huma kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
16Imbagħad Menaħem ħarbat lil Tifsah u kulma kien hemm fiha, u l-inħawi tagħha, ibda minn Tirsa, għax din ma fetħitlux bibienha, u darabha u ħarbatha, u nifed in-nisa tqal tagħha bix-xabla.Menaħem sultan ta’ Iżrael
17Fis-sena disgħa u tletin ta’ Għażarija, sultan ta’ Ġuda, beda jsaltan Menaħem bin Gadi fuq Iżrael, u dam isaltan għaxar snin f’Samarija.
18U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, ma warrabx mid-dnubiet ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.
19Fi żmienu ġie Pul, sultan tal-Assirja, fil-pajjiż; u Menaħem ta lil Pul elf talent fidda biex dan jagħtih daqqa ta’ id biex isaħħaħ is-saltna f’idejh.
20U Menaħem xeħet il-ħlas ta’ dawn il-flus fuq Iżrael; fuq l-għonja kollha, li kellhom iħallsu ħamsin xekel tal-fidda kull wieħed lis-sultan tal-Assirja. U s-sultan tal-Assirja raġa’ lura, u ma baqax aktar fil-pajjiż.
21U l-bqija tal-ġrajja ta’ Menaħem, u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
22Menaħem strieħ ma’ missirijietu; u daħal isaltan floku Pekaħija ibnu.
Pekaħija sultan ta’ Iżrael23Fis-sena ħamsin ta’ Għażarija, sultan ta’ Ġuda, beda jsaltan Pekaħija bin Menaħem fuq Iżrael f’Samarija, u dam isaltan sentejn.
24U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej; ma warrabx mid-dnubiet ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.
25U kkonfoffaw kontra tiegħu Pekaħ bin Remalija, l-ajjutant tiegħu, u darbu f’Samarija, fit-torri tal-palazz tas-sultan; miegħu kellu ħamsin raġel minn ulied il-Gilgħadin. Qatlu u daħal isaltan floku.
26U l-bqija tal-ġrajja ta’ Pekaħija, u kulma għamel, huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
Pekaħ sultan ta’ Iżrael27Fis-sena tnejn u ħamsin ta’ Għażarija, sultan ta’ Ġuda, Pekaħ bin Remalija beda jsaltan fuq Iżrael f’Samarija, u dam isaltan għoxrin sena.
28U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej; ma warrabx mid-dnubiet ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu.
29Fi żmien Pekaħ, sultan ta’ Iżrael, Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, ġie u ħa f’idejh Għijjon, Abel-bet-magħka, Ġanuħa, Kades, Ħasor, Gilgħad u l-Galilija u l-art kollha ta’ Naftali, u tturufnahom lejn l-Assirja.
30Hosegħa bin Ela kkonfoffa kontra Pekaħ bin Remalija, u darbu u qatlu, u beda jsaltan floku fis-sena għoxrin ta’ Ġotam bin Għużżija.
31U l-bqija tal-ġrajja ta’ Pekaħ, u kulma għamel, huma kollha miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
Ġotam sultan ta’ Ġuda32Fit-tieni sena ta’ Pekaħ bin Remalija, sultan ta’ Iżrael, beda jsaltan Ġotam bin Għużżija, sultan ta’ Ġuda.2 Kron 27,1-9.
33Kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Ġerusa, bint Sadok.
34U għamel is-sewwa f’għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel Għużżija missieru.
35Imma ma tneħħewx is-santwarji; il-poplu baqa’ joffri s-sagrifiċċji u jaħraq l-inċens fis-santwarji. Huwa bena wkoll il-Bieb il-Kbir tat-tempju tal-Mulej.
36U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġotam, u kulma għamel, huma miktuba kollha fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.
37F’dak iż-żmien il-Mulej beda jibgħat kontra Ġuda lil Resin, sultan ta’ Aram, u ’l Pekaħ bin Remalija.
38U Ġotam strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David missieru; u daħal isaltan floku Aħaż ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.