1Meta Iżakk kien xjieħ u għajnejh kienu ċċajprulu tant li ma kienx baqa’ jara, sejjaħ lil ibnu l-kbir Għesaw u qallu: “Ibni.” U dan wieġbu: “Hawn jien.”
2U qallu: “Hawn jien, xjeħt, u ma nafx meta se mmut.
3Issa aqbad it-tagħmir tiegħek, il-ħorġa u l-qaws tiegħek, u mur fir-raba’ u aqbadli l-kaċċa;
4u mbagħad agħmilli ikla tajba kif inħobb jien, u ġibhieli ħalli nikolha u nbierkek qabel ma mmut.”
5Rebekka kienet qiegħda tissamma’ meta Iżakk kien qiegħed ikellem lil Għesaw, ibnu. U Għesaw telaq lejn ir-raba’ għall-kaċċa, u jġib xi ħaġa d-dar.
28Jagħtik Alla min-nida tas-smewwiet,
u mill-frott tal-art,
kotra ta’ qamħ u nbid.
29Lilek għad jaqdu l-ġnus,
u quddiemek imilu l-popli.
Int tkun l-aqwa fost ħutek,
u quddiemek imilu wlied ommok.
Misħut minn jisħtek,
imbierek min ibierkek.”
30Malli Iżakk temm ibierek lil Ġakobb, u Ġakobb kien għadu bilkemm ħareġ minn quddiem Iżakk missieru, wasal Għesaw lura mill-kaċċa.
31U lesta hu wkoll ikel tajjeb, u ġiebu lil missieru u qallu: “Ħa jqum missieri, u jiekol mill-kaċċa ta’ ibnu, biex imbagħad tberikni.”
32U Iżakk, missieru, qallu: “Min int?” U dak wieġbu: “Jien hu ibnek il-kbir Għesaw.”
33U Iżakk qabditu rogħda kbira sewwa, u qallu: “Min kien mela, dak li mar u qabad il-kaċċa, u ġibhieli, u jiena kilt minn kollox qabel ġejt int, u beriktu, u issa jibqa’ mbierek?”
34Malli Għesaw sama’ kliem missieru Iżakk, għajjat għajta kbira kollha mrar, u qal lil missieru: “Missier, bierek lili wkoll.”
35U dan qallu: “Ġie ħuk bil-qerq u ħa l-barka tiegħek.”? Darbtejn qalagħni ’l barra: l-ewwel ħadli l-primoġenitura, u issa ħadli l-barka tiegħi.” U kompla jgħidlu: “U lili ma rfajtlix barka?”
37U Iżakk wieġeb u qal lil Għesaw: “Ara jien qegħedtu sidek u qegħedtlu ’l ħutu kollha qaddejja tiegħu, u għanejtu b’qamħ u nbid. U lilek issa x’nista’ nagħmillek ibni?”
38U Għesaw qal lil missieru: “Mela barka waħda biss għandek, missier? Bierek lili wkoll, missier.” U Għesaw għolla karba u nfexx jibki.
40Int tgħix fuq sejfek,
u ’l ħuk għad taqdi.
U meta tiġi biex tarfa’ rasek,
int tkisser il-madmad tiegħu
minn fuq għonqok u tfarfru minn fuqek.”
41U Għesaw beda jobgħod lil Ġakobb minħabba l-barka, li biha bierku missieru. U qal f’qalbu Għesaw: “Jaslu jiem il-vistu ta’ missieri, imbagħad noqtol ’il Ġakobb, ħija.”
42U ’l Rebekka ħabbrulha kliem Għesaw, binha l-kbir. U bagħtet issejjaħ lil Ġakobb, binha ż-żgħir, u qaltlu: “Ara, Għesaw ħuk, għandu f’rasu li jitħallas minnek u joqtlok.
43Imma isma’ minn kliemi. Qum u aħrab għand ħija Laban f’Ħaran.Ġen 24,29.
44U ibqa’ miegħu għal ftit taż-żmien sakemm tgħaddi s-saħna ta’ ħuk,
45u jitbiegħed minnek l-għadab ta’ ħuk, u jinsa x’għamiltlu int. Imbagħad nibgħat għalik minn hemm. Għaliex għandi nitlifkom it-tnejn f’jum wieħed?”
46U Rebekka qalet lil Iżakk: “Iddejjaqt minn ħajti minħabba l-bniet ta’ Ħet. Jekk Ġakobb jiżżewweġ xi waħda mill-bniet ta’ Ħet bħal dawn, xi mara minn din l-art, xi tkun tiswieli ħajti?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.