1 MAKKABIN 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11Alessandru Bala

1Is-sultan tal-Eġittu ġabar eżerċtu kotran daqs ir-ramel f’xatt il-baħar u bosta iġfna bil-ħsieb li jinganna lil Alessandru u jaħtaflu s-saltna tiegħu u jżidha ma’ tiegħu.

2Hu mar is-Sirja bi kliem is-sliem u n-nies tal-ibliet fetħulu l-bibien u laqgħuh, għax l-ordni ta’ Alessandru kien li jilqgħuh billi kien ħatnu.

3Imma kull meta kien jidħol fl-ibliet, Ptolomew kien iħalli xi truppi għassa f’kull belt.

4Meta wasal f’Ażotu, urewh it-tempju ta’ Dagon maħruq, Ażotu u l-inħawi tagħha ħerba, u l-katavri mitfugħin ’l hemm u ’l hawn u l-iġsma maħruqin, li kienu ħarquhom fil-gwerra; dawn kollha ċ-ċittadini għamluhom gzuz mat-triq tas-sultan., u raġa’ lura lejn Ġerusalemm.

8Is-sultan Ptolomew ħa f’idejh l-ibliet tax-xatt sa Selewċja li hemm ħdejn il-baħar u beda jfassal proġetti ta’ ħsara kontra Alessandru.

9U bagħat messaġġiera għand Demetriju s-sultan biex jgħidulu: “Ejja ħa nagħmlu alleanza bejnietna, u nagħtik lil binti li għandu Alessandru, u int issaltan fuq is-saltna ta’ missirijietek.

10Għelejt li tajtu ’l binti, biex issa qiegħed ifittex li joqtolni.”

11U b’hekk ċekknu bi kliemu għax kien jixtieq jeħodlu s-saltna.

12Ħadlu lil bintu u taha lil Demetriju, kisirha ma’ Alessandru, u hekk il-ġlieda bejniethom ħarġet fil-beraħ.

13Imbagħad Ptolomew daħal f’Antjokja u xedd il-kuruna tal-Asja, u hekk kellu żewġ kuruni: il-kuruna tal-Asja u dik tal-Eġittu.

14Dak iż-żmien Alessandru kien iċ-Ċiliċja, għaliex in-nies ta’ dan il-pajjiż kienu rvillaw.

15Alessandru, malli sama’, ħareġ għalih għall-ġlied; Ptolomew min-naħa tiegħu ħareġ għalih b’qawwa kbira, ħabat għalih u ħarbtu.

16Alessandru ħarab lejn l-Għarabja biex jistkenn hemm; u s-sultan Ptolomew kien minn fuq.

17U Żabdijel l-Għarbi, qata’ ras Alessandru u bagħatha lil Ptolomew.

18Iżda s-sultan Ptolomew miet tlitt ijiem wara, u dawk li kienu fil-fortizzi qatluhom in-nies tal-post.

19Hekk fis-sena 167 beda jsaltan Demetriju.

Ġonatan u Demetriju II Nikator (145-138QK)

20Dak iż-żmien Ġonatan ġabar in-nies tal-Lhudija biex jaħbat għall-Arka f’Ġerusalemm, u tellgħu ħafna magni għal fuqha.

21U xi nies rinnegati, li kienu jobogħdu lil ġenshom, marru għand is-sultan jgħarrfuh li Ġonatan kien assedja l-fortizza.

22Malli sama’ dan, is-sultan saħan bl-għadab. Tkixxef sewwa u rafa’ l-kamp u mar Ptolemajs; u kiteb lil Ġonatan biex ma jkomplix l-assedju u jmur mill-aktar fis jiltaqa’ miegħu Ptolemajs biex jitħaddtu.

23Kif sama’ dan Ġonatan ordna li jibqa’ sejjer l-assedju; imbagħad għażel xi wħud mill-anzjani ta’ Iżrael u mill-qassisin, u ntelaq għall-periklu.

24Ħa fided u deheb u lbies prezzjuż u ħafna rigali oħra, u telaq għal għand is-sultan Ptolemajs, fejn sab laqgħa sabiħa ħafna.

25Għalkemm xi nies rinnegati mill-poplu tiegħu bdew jixluh,

26is-sultan ġieb ruħu miegħu bħalma kienu ġiebu ruħhom dawk ta’ qablu, u tah l-unuri kollha quddiem ħbiebu kollha.

27Wettqu bħala l-qassis il-kbir u ħallielu l-privileġġi kollha li kellu qabel, u tah post fost l-aqwa ħbieb tiegħu.

28Ġonatan imbagħad talab lis-sultan li jeħles mit-tribut lil-Lhudija, u t-tliet distretti tas-Samarija, u min-naħa tiegħu wiegħdu tliet mitt talent., u lill-ġens Lhudi, sliem!

31“Qegħdin niktbu lilkom ukoll kopja tal-ittra li ktibna dwarkom lil Lasteni, qarib tagħna, sabiex tkunu tafu biha.

32“Is-sultan Demetriju lil Lasteni, missieru, sliem!

33Qtajnieha li nagħmlu l-ġid lill-ġens Lhudi, ħbieb tagħna, li baqgħu leali għall-obligazzjonijiet li għandhom lejna minħabba s-sentimenti tajba tagħhom għalina.

34Iddeċidejna li nagħtuhom l-art tal-Lhudija u t-tliet distretti ta’ Aferima, Lidda u Ramatajm, li kienu mgħoddija mis-Samarija għal-Lhudija, u l-artijiet li jagħmlu minnhom. Lil dawk kollha li joffru s-sagrifiċċju f’Ġerusalemm naħfrulhom id-drittijiet tas-sultan, li qabel kien jieħu mingħandhom ta’ kull sena mill-uċuħ tar-raba’ u tal-frott.

35Minn issa ’l quddiem naħfrulhom ukoll kulma kien imissna mill-għexur u mit-tribut, mis-salini tal-melħ u l-kuruni. Kollox naħfrulhom.

36U minn dan kollu xejn ma jkun imneħħi, la issa u lanqas qatt.

37Issa mela ħudu ħsieb agħmlu kopja ta’ din l-ittra, u agħtuha lil Ġonatan biex iqegħduha fuq l-għolja mqaddsa fejn tidher.”

38Meta Demetriju ra li l-pajjiż kien ikkwieta taħt it-treġija tiegħu u xejn ma kien ifixklu, żarma l-eżerċtu tiegħu kollu u bagħat lil kulħadd lejn daru, minbarra t-truppi stranġieri li kien ġabar mill-gżejjer tal-Ġentili. Għalhekk it-truppi kollha ta’ missirijietu daru kontrih.

39Trifon, li darba kien iżomm ma’ Alessandru, meta ra li t-truppi kollha bdew igemgmu kontra Demetriju, mar għand Ġamliku l-Għarbi, li kien qiegħed irabbi lil Antijoku, it-tifel ta’ Alessandru. sa truf l-Eġittu.

60Ġonatan ħareġ idur l-art in-naħa l-oħra tax-xmara u l-ibliet, u miegħu ngħaqad l-eżerċtu kollu tas-Sirja biex jgħinu. Wasal f’Askalon, u n-nies tal-belt laqgħuh b’ħafna unuri.

61Minn hemm baqa’ sejjer Gaża; hawn in-nies ta’ Gaża għalqulu l-bieb. Għalhekk assedjaha, ħaraq l-inħawi tagħha, u ħadilhom il-priża.

62Imbagħad in-nies ta’ Gaża għamlu talba lil Ġonatan għal ftehim u hu tahom idu; u wlied il-kbarat tagħhom ħadhom ostaġġi u bagħathom Ġerusalemm. U baqa’ jdur mal-pajjiż sa Damasku.

63Ġonatan sama’ li l-ġenerali ta’ Demetriju kienu qegħdin b’eżerċtu kbir ħdejn Kades fil-Galilija biex ireġġgħuh lura mill-impriża.

64Ġonatan ħareġ għalihom u ħalla lil ħuh Xmun fil-pajjiż.

65Xmun waqqaf il-kamp biswit Betsur u, wara li dam jaħbat għaliha għal ħafna żmien, għalaqha minn kullimkien.

66Imbagħad talbuh jagħtihom idu b’sinjal ta’ paċi, u hu tahielhom, imma qalagħhom ’il barra mill-belt, ħadha f’idejh, u poġġa l-għases fiha.

67Ġonatan u l-eżerċtu tiegħu waqqfu l-kamp ħdejn l-għadira ta’ Ġennesaret, u filgħodu kmieni, qabel is-sebħ, irħewlha lejn il-wita ta’ Ħasor.

68U f’daqqa waħda l-eżerċtu tal-barranin ħareġ għalih fil-wita, filwaqt li kien hemm għases moħbija jissajjaw fl-għoljiet. L-eżerċtu mar għalih minn quddiem,

69u l-għases ħarġu mill-moħbiet tagħhom, u beda l-ġlied.

70In-nies ta’ Ġonatan ħarbu lkoll; ħadd minnhom ma baqa’ ħlief Mattatija bin Absalom u Ġuda bin Kalfi, it-tnejn kapijiet tal-eżerċtu.

71Ġonatan ċarrat ħwejġu, u xeħet it-trab fuq rasu, u beda jitlob.

72Imbagħad raġa’ dar għal fuqhom, ħabat għalihom, kissirhom, u ġagħalhom jaħarbu.

73Meta dawk li kienu telquh raw x’ġara reġgħu għal miegħu, u għamlu għal warajhom sa Kades, sal-kamp tagħhom, u waqfu hemm.

74Mill-barranin dakinhar baqgħu mejta madwar tlitt elef ruħ. U Ġonatan raġa’ lura lejn Ġerusalemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help