SALMI 62 - Maltese Bible with DC

Salm 62It-tama tagħna f’Alla wieħed

1Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Ġedutun.” Salm. Ta’ David.

2F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi:

mingħandu tiġini s-salvazzjoni.

3Hu biss il-blata u s-salvazzjoni tiegħi,

hu l-kenn tiegħi; xejn ma jċaqlaqni.

4Kemm se ddumu teħduha kontra wieħed waħdu,

biex taqilbuh ilkoll flimkien,

bħal ċint qed jiġġarraf, bħal ħajt qed jaqa’?

5Ħsiebhom biss biex iwaqqgħuh mill-għoli tiegħu;

iħobbu l-gideb; b’fommhom ibierku, imma f’qalbhom jisħtu.

6F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi,

għax mingħandu tiġini t-tama.

7Hu biss il-blata u s-salvazzjoni tiegħi,

hu l-kenn tiegħi; xejn ma jċaqlaqni.

8F’Alla s-salvazzjoni u l-ġieħ tiegħi,

hu l-blata qawwija tiegħi, u l-kenn tiegħi f’Alla.

9Ittama fih f’kull żmien, o poplu;

iftħu qalbkom quddiemu.

Alla hu kenn għalina!

10Duħħan biss huma l-bnedmin,

gidba huma wlied il-bniedem.

Fil-miżien ’il fuq jogħlew,

eħfef mid-duħħan ilkoll flimkien.

11Isserrħux raskom bis-serq,

tittamawx fi ħwejjeġ maħtufa;

imqar jekk joktor l-għana,

torbtux qalbkom miegħu.

12Ħaġa waħda qal Alla,

jien dawn it-tnejn tgħallimt:

li “l-qawwa hi ta’ Alla”,

13u li “tiegħek, Sidi, hi t-tjieba”.

Għax int tagħti ’l kulħadd skont għemilu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help