HOSEGĦA 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14

1Tpatti, għad tpatti Samarija,

għax qamet kontra Alla tagħha.

Għad jaqgħu taħt ix-xabla,

U jisħqulhom iż-żgħar tagħhom,

U jiftħulhom in-nisa tqal.Sejħa għall-konverżjoni u wegħda ta’ fejqan

2Erġa’ dur, Iżrael, lejn il-Mulej Alla tiegħek,

għax int tfixkilt minħabba fi ħżunitek.

3Ħudu kliem magħkom,

duru mill-ġdid lejn il-Mulej, u għidulu:

“Int tneħħi l-ħażen kollu:

ilqa’ t-tajjeb, u rroddu frott xufftejna.

4L-Assirja ma ssalvaniex,

fuq żiemel aktar ma nirkbux,

lanqas ma ngħidu iżjed ’Alla tagħna’ lil xogħol idejna.

Għandek l-iltim isib il-ħniena.”

5Naħfrilhom, għad li xxewxu kontrija;

minn qalbi nħobbhom,

għaliex il-korla tiegħi reġgħet lura minn fuqhom.

6Jien għad inkun għal Iżrael bħal nida.

Ħa jiftaħ bħal ġilju,

7għeruqu jxenxel bħal siġra tal-luq,

jinfirxu r-rimjiet tiegħu,

sbuħitu ta’ siġra taż-żebbuġ,

u jkun ifewwaħ qisu l-Libanu.

8U jerġgħu jiġu jgħammru taħt id-dell tiegħi,

isiru qishom ġnien,

jisbieħu qishom dielja,

inbid tal-Libanu tkun tistħajjilhom.

9X’għandi x’naqsam mal-idoli, Efrajm?

Kont jiena li weġibtek, u jien inħarsek;

għalik jien bħal ċipressa dejjem tħaddar,

minni tikseb il-frott.

10Kull min hu għaref, jifhem dawn il-ħwejjeġ;

ħa jagħrafhom kull min hu bil-għaqal,

għax il-Mulej it-triqat tiegħu dritti,

il-ġusti jimxu fihom,

iżda jitfixklu fihom il-midinbin.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help