SALMI 48 - Maltese Bible with DC

Salm 48Radd il-ħajr għall-ħelsien ta’ Ġerusalemm

1Għanja. Salm ta’ wlied Koraħ.

2Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna

fil-belt ta’ Alla tagħna.

L-għolja qaddisa tiegħu,

3għolja mill-isbaħ,

l-għaxqa tal-art kollha.

L-għolja ta’ Sijon fil-qalba tat-Tramuntana;

hi l-belt tas-sultan il-kbir.

4Alla fil-fortizzi tagħha

wera ruħu bħal sur qawwi.

5Ara, is-slaten ingħaqdu,

imxew ilkoll flimkien;

6kif rawha, baqgħu mistagħġba,

tfixklu u ħarbu.

7Hemm qabdithom rogħda kbira,

u wġigħ bħal dak tal-ħlas.

8Bir-riħ tal-Lvant int tfarrak

l-iġfna ta’ Tarsis.

9Kif smajna, hekk rajna

f’belt il-Mulej tal-eżerċti,

fil-belt ta’ Alla tagħna.

Alla jżommha sħiħa għal dejjem!

10Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek

f’nofs it-tempju tiegħek.

11Bħal ismek, o Alla, hekk tifħirek,

sa truf l-art jasal.

Il-leminija tiegħek bis-sewwa mimlija.

12Tithenna l-għolja ta’ Sijon,

jifirħu l-bliet ta’ Ġuda,

minħabba l-ġudizzji tiegħek.

13Duru ma’ Sijon, duru dawra magħha,

araw kemm-il torri għandha.

14Ħarsu sewwa lejn is-swar tagħha,

duru bir-reqqa l-fortizzi tagħha,

biex ixxandru lin-nisel ta’ wrajkom:

15Dan hu Alla! Alla tagħna għal dejjem ta’ dejjem.

Hu jmexxina għal dejjem!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help