ATTI TAL-APPOSTLI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kif jixhed ismu, hu xhieda tal-ħidma mill-appostli fost l-ewwel insara, minn wara t-tlugħ fis-sema tal-Mulej. Jinqasam f’żewġ taqsimiet li fihom l-ewwel insibu lil Pietru bħala protagonista, u mbagħad lil Pawlu, imsejjaħ l-Appostlu tal-ġnus. Naqraw ukoll kif kienu jġibu ruħhom l-ewwel insara u l-mirakli li seħħew fit-tixrid tal-kelma ta’ Alla.Jingħad li l-Atti tal-Appostli hu t-tieni parti tal-evanġelju skont Luqa. Il-kittieb sagru jiftaħ dan il-ktieb b’referenza għall-ewwel wieħed u jerġa’ jindirizzah lil Teofilu. Teofilu jista’ jkun individwu Ruman, jew rappreżentant tal-pagani li huma wkoll għandhom post fil-pjan tas-salvazzjoni fi Kristu.Hu proprju dan il-messaġġ li jrid joħroġ minn dan il-ktieb li jirrakkonta l-bidu tal-Knisja - il-Poplu l-Ġdid ta’ Alla. Kienet diffikultà kbira għal-Lhud li jifhmu kif is-salvazzjoni mhix tagħhom biss. Hekk, tant ismijiet ta’ pajjiżi msemmija tul il-ktieb iwasslu din it-tifsira ġdida tas-salvazzjoni universali bla diskriminazzjoni bejn poplu u ieħor.Aspett importanti tal-ktieb hu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li hi l-forza wara kull pass kbir fit-tixrid tal-kelma mad-dinja kollha magħrufa ta’ dak iż-żmien. Il-kittieb ixandar din il-qawwa permezz ta’ ġrajjiet u diskorsi li jagħtu stampa realistika tal-esperjenzi tal-fidi, it-tama u l-imħabba tal-ewwel “qaddisin”, kif kienu jissejħu l-insara.Indmu u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù Kristu għall-maħfra ta’ dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejħilhom (2,38-39).It-taqsim tal-ktiebTħejjija għax-xhieda (1,1-26)L-aħħar kmand u l-wegħda ta’ Ġesù (1,1-14)Is-suċċessur ta’ Ġuda (1,15-26)Ix-xhieda f’Ġerusalemm (2,1—8,3)Ix-xhieda f’Ġuda u fis-Samarija (8,4—12,25)Il-ħidma ta’ Pawlu (13,1—28,31)L-ewwel vjaġġ missjunarju (13,1—14,28)Il-konċilju ta’ Ġerusalemm (15,1-35)It-tieni vjaġġ missjunarju (15,36—18,22)It-tielet vjaġġ missjunarju (18,23—21,16)Pawlu priġunier f’Ġerusalemm u f’Ċesarija (21,17—26,32)In-nawfraġju ta’ Pawlu f’Malta (27,1—28,10)Pawlu priġunier f’Ruma (28,11-31)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help