RUMANI 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Il-frott tal-ġustifikazzjoni

1Issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem ma’ Alla, permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu; bil-fidi għal din il-grazzja li fiha qegħdin. Aħna niftaħru bit-tama li għandna li għad niksbu l-glorja ta’ Alla. ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.

6Mela, meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iż-żmien, miet għall-ħżiena.

7Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż.

8Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.…

13Kienet għadha ma waslitx il-Liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja:

imma d-dnub ma kienx magħdud,

ladarba Liġi ma kienx hemm.

14Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mosè, imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam,

li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.

15Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija.

Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra,

aktar u aktar issa l-grazzja ta’ Alla u

d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed li hu Ġesù Kristu,

xterdu bil-bosta fuq il-kotra.

16U d-don anqas ma hu bħall-frott ta’ dak il-wieħed li dineb; għax tassew,

il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.

17Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed,

aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra

tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja

għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu.

18Mela kif bil-ħtija ta’ wieħed waħdu waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha,

hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha

l-ġustifikazzjoni tal-ħajja.

20Il-Liġi daħlet, biex kotru d-dnubiet; fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja.

21B’hekk, kif id-dnub saltan permezz tal-mewt,

hekk issa l-grazzja ssaltan

permezz tal-ġustizzja għall-ħajja ta’ dejjem

bis-saħħa ta’ Ġesù Kristu Sidna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help