1 ĠWANNI 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Kristu d-difensur tagħna

1Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-Missier, lil Ġesù Kristu, il-ġust.Il-kmandament il-ġdid

7Għeżież, m’iniex niktbilkom xi kmandament ġdid, imma kmandament qadim li kellkom sa mill-bidu. Il-kmandament il-qadim hi l-kelma li intom smajtu..

12Qiegħed nikteb lilkom, uliedi, għax intom dnubietkom maħfura bis-saħħa ta’ ismu.

13Qiegħed nikteb lilkom, missirijiet, għax intom għaraftu ’l dak li hu sa mill-bidu.

Qiegħed nikteb lilkom, żgħażagħ, għax intom għelibtu l-Ħażin.

14Ktibt lilkom, tfal, għax intom għaraftu lill-Missier.

Ktibt lilkom, missirijiet, għax intom għaraftu lil dak li hu sa mill-bidu.

Ktibt lilkom, żgħażagħ, għax intom qawwija u l-kelma ta’ Alla qiegħda tgħammar fikom u intom għelibtu l-Ħażin.

15Tħobbux id-dinja u anqas dak li hemm fiha. Jekk xi ħadd iħobb id-dinja, l-imħabba tal-Missier ma tgħammarx fih.L-Antikrist

18Uliedi, waslet l-aħħar siegħa. Smajtu li għandu jiġi l-antikrist. Issa, araw, ħafna antikristi ġa dehru minn issa. U minn dan nagħrfu li waslet l-aħħar siegħa..

26Ktibtilkom dan dwar dawk li jridu jqarrqu bikom.

27Madankollu fikom qiegħda tgħammar id-dilka li rċevejtu mingħandu, u għalhekk intom ma għandkomx bżonn min joqgħod jgħallimkom. Għax id-dilka tiegħu tgħallimkom hi dwar kollox, u t-tagħlim tagħha hu veru, u mhuwiex xi gidba. U ladarba hu hekk, mela ibqgħu dejjem fih kif għallmitkom hi.Ulied Alla

28U issa, uliedi, ibqgħu fih, ħalli nkunu qalbna qawwija meta huwa jidher, u ma nġarrbux il-mistħija li nitwarrbu minnu meta jiġi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help