1Bi tliet ħwejjeġ titgħaxxaq ruħi
u dawn fihom għaxqa quddiem il-Mulej u l-bnedmin:
ftehim bejn l-aħwa, ħbiberija bejn il-ġirien,
u mara u żewġha li jgħixu f’għaqda bejniethom.
2Tliet xorta ta’ nies tobgħod ruħi,
u nagħdab għall-aħħar bil-ħajja tagħhom:
fqir mimli bih innifsu, għani giddieb,
u xiħ żieni nieqes mid-dehen.
Ix-xjuħ3Fiż-żgħożija ma ġbartx;
kif se ssib fi xjuħitek?
4Kemm hi ħaġa sabiħa li min xagħru bjadlu jkun jaf jagħmel ġudizzju,
u li min hu xiħ ikun jaf jagħti parir.
5Kemm hi ħaġa sabiħa li min hu xiħ ikollu l-għerf,
u li min hu ta’ ġieħ ikollu l-fehma u l-parir.
6L-esperjenza kbira hi l-kuruna tax-xjuħ,
u l-biża’ tal-Mulej il-ftaħir tagħhom.Qwiel numeriċi
7B’disa’ ħsibijiet nithenna f’qalbi,
imma l-għaxar wieħed inxandru b’ilsieni:
bniedem jifraħ b’uliedu,
min jibqa’ ħaj biex jara l-waqgħa tal-għedewwa tiegħu;
8imbierek min jaqsam daru ma’ mara għaqlija;
min ma żelaqx b’ilsienu,
min ma sarx qaddej ta’ wieħed inqas minnu;
9imbierek min sab l-għaqal,
min ikellem lil dawk li jagħtuh widen.
10Kemm hi ħaġa kbira li wieħed isib l-għerf,
imma m’hemmx aqwa minn min jibża’ mill-Mulej.
11Il-biża’ tal-Mulej jisboq fuq kollox,
u min tgħallmu sewwa ma’ xiex se xxebbhu?
12 Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu ta’ mħabbtu
il-fidi hi l-bidu tal-għaqda miegħu.
In-nisa13Kull ġerħa ġerħa, imma mhux ġerħa fil-qalb!
Kull ħażen ħażen, imma mhux il-ħażen ta’ mara!
14Kull deni deni, imma mhux id-deni ta’ min jobgħodni.
Kull vendetta vendetta, imma mhux il-vendetta tal-għadu.
15M’hemmx semm agħar minn semm serp,
u m’hemmx għadab agħar minn għadab l-għadu.
16Iktar ngħix ma’ ljun jew inkun għal qalbi ma’ dragun
milli ngħix ma’ mara ħażina.
17Il-ħażen ta’ mara jbiddlilha bixritha,
u jdallmilha wiċċha daqs ta’ ors.
18Ir-raġel tagħha jiekol mal-ġirien tiegħu,
u bla ma jrid jitniehed bl-imrar f’qalbu.
19Kull ħażen mhu xejn ħdejn il-ħażen ta’ mara;
jalla tmissha x-xorti tal-midinbin!
20Telgħa tar-ramel għal riġlejn xiħ;
hekk hi mara lsienha twil għal raġel kwiet.
21Taqax għas-sbuħija ta’ mara, u tixxennaqx għal ġidha.
22Hu għadab, wiċċ sfiq u għajb kbir
li mara tmantni lil żewġha.
23Telqa fir-ruħ, wiċċ imnikket, u qalb muġugħa,
dawn iġġiblek mara ħażina.
Idejn mitruħa u rkupptejn imriegħda
jfissru mara li ’l żewġha ma thennihx.
24Il-bidu tad-dnub permezz ta’ mara,
u minħabba fiha lkoll immutu.
25L-ilma tagħtihx mnejn joħroġ,
mara ħażina tħallihiex titkellem.
26Warrabha minnek jekk ma timxix kif tgħidilha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.