NAĦUM Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebFil-ktieb tiegħu, il-Profeta Naħum jagħmel enfasi kbira fuq il-ġustizzja ta’ Alla. Fejn soltu nsibu kliem dwar il-ħniena ta’ Alla jakkompanja kliem dwar il-ġustizzja tiegħu, din id-darba l-istampa hi pjuttost ħarxa. Sa mill-ewwel versi, għandna deskrizzjoni ta’ Alla qalil li jkexkex l-art.Naħum jitkellem fuq il-kastig li Alla kien qed iħejji għall-Assiri talli dawn kienu hekk ħorox mal-ġnus li waqgħu taħt idejhom. Il-kliem ta’ Alla, kif irrappurtati mill-profeta, iwasslu messaġġ ta’ qerda qawwija tal-Assiri hekk li isimhom lanqas jinstama’ aktar. Il-belt ta’ Ninwè hi kkundannata darba għal dejjem.Il-ħniena ta’ Alla, kif tidher fil-ktieb ta’ dan il-profeta, hi biss lejn dawk li jduru lejh. Din il-ħniena tintwera wkoll bil-forza, għax il-ħniena li juri lejn il-poplu tiegħu li jdur lura lejh, toħroġ biss b’qawwa qerrieda tal-popli li weġġgħuhom.Il-profeta jrid iwassal messaġġ li l-qawwa ta’ Alla tinfirex fuq id-dinja kollha, u allura hu jista’ jagħmel li jrid b’kulħadd.Il-Mulej hu Alla għajjur u jaf jitħallas,il-Mulej jitħallas u jixgħel bil-korla,il-Mulej jitħallas mill-avversarji tiegħuisorr il-korla għall-għedewwa tiegħu.Il-Mulej tqil biex jagħdab, għalkemm kbir bil-qawwa.Il-Mulej ma jaħfirhiex lill-ħati.Triqtu tinsab fir-riefnu u fit-tempesta,is-sħab hu t-trab tal-passi tiegħu (1,2-3).It-taqsim tal-ktiebĠudizzju fuq Ninwè (1,1-15)Il-waqgħa ta’ Ninwè (2,1—3,19)