ESDRA 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Il-missjoni ta’ Esdra

1Wara dawn il-ġrajja, meta kien qiegħed isaltan Artasersi, sultan tal-Persja, kien hemm wieħed jismu Esdra li kien jiġi bin Xeraja, bin Għażarija, bin Ħilkija,

2bin Sallum, bin Sadok, bin Aħitub,

3bin Amarija, bin Għażarija, bin Merajot,

4bin Żeraħija, bin Għużżi, bin Bukki,

5bin Abisugħa, bin Fineħas, bin Elgħażar, bin Aron, il-qassis il-kbir.

6Dan Esdra tala’ minn Babilonja; kien skriba jaf tajjeb il-Liġi ta’ Mosè li kienet ġiet mogħtija mill-Mulej, Alla ta’ Iżrael. Billi id il-Mulej kienet fuqu, is-sultan kien jagħtih kulma kien jitolbu.L-editt ta’ Artasersi

11Esdra kien skriba jaf sewwa l-kliem tal-kmandamenti tal-Mulej u tal-liġijiet tiegħu għal Iżrael. Din hija kopja tal-ittra tas-sultan Artasersi lil Esdra, il-qassis u l-iskriba, imgħallem tal-kmandamenti tal-Mulej u l-preċetti tiegħu għal Iżrael:

12“Artasersi, sultan tas-slaten, lil Esdra, qassis u skriba tal-Liġi ta’ Alla tas-smewwiet: sliem sħiħ!

13“Nordna b’digriet li jekk xi ħadd fis-saltna tiegħi mill-poplu ta’ Iżrael, mill-qassisin tiegħu, mil-Leviti tiegħu, juri xewqtu li jmur Ġerusalemm miegħek, ħa jmur.

14Jien qiegħed nibagħtek minn ħdejja flimkien ma’ seba’ kunsillieri tiegħi biex, skont il-Liġi ta’ Alla tiegħek li għandek f’idek, tara fiex inhuma l-Lhud u fiex inhi Ġerusalemm.

15Qiegħed nibagħtek ukoll biex tieħu miegħek il-fidda u d-deheb, li jien qiegħed noffri flimkien mal-kunsillieri tiegħi minn rajna lil Alla ta’ Iżrael, li joqgħod f’Ġerusalemm,

16u biex tieħu miegħek ukoll il-fidda u d-deheb li tista’ ssib fil-provinċja kollha ta’ Babilonja flimkien mal-offerti li l-poplu u l-qassisin joffru minn rajhom għat-tempju ta’ Alla f’Ġerusalemm.

17Ħu ħsieb ixtri b’dawn il-flus għoġiela, imtaten, ħrief, u offerti ta’ ikel u xorb, biex toffrihom fuq l-artal fit-tempju ta’ Alla tagħkom f’Ġerusalemm.

18Bil-bqija tal-fidda u tad-deheb, agħmlu dak li jidhrilkom li hu tajjeb, int u ħutek, skont kif jogħġob lil Alla tagħkom.

19U l-oġġetti li jagħtuk għas-servizz fit-tempju ta’ Alla tagħkom, qegħedhom kollha quddiem Alla f’Ġerusalemm.

20U l-bqija tal-ħwejjeġ meħtieġa għat-tempju ta’ Alla tiegħek li int tħossok li għandek tagħti, oħroġhom mit-teżor tas-sultan.

21“Jien, Artasersi, is-sultan, nordna b’digriet lil dawk li jiġbru għat-teżor in-naħa l-oħra tal-Ewfrat: Kulma jitlobkom Esdra, il-qassis u skriba tal-Liġi ta’ Alla tas-smewwiet, għandkom tagħtuhulu bla tnikkir:

22sa mitt talent tal-fidda, sa mitt kor qamħ, sa mitt batt inbid, sa mitt batt żejt, u melħ bla qjies.

23Kulma jordna Alla tas-smewwiet għandu jsir sewwa għat-tempju ta’ Alla tas-smewwiet, li ma jmurx jagħdab għas-saltna tas-sultan u ta’ wliedu.

24Għandkom tkunu tafu wkoll li mhuwiex permess li tgħabbu b’taxxi, tribut u ħaraġ, lil xi qassis, Levita, kantant, lil xi ħadd mill-purtinara tat-tempju, lil xi lsir tat-tempju, jew lil xi ħadd minn dawk li jaħdmu fit-tempju.

25“U int, Esdra, aħtar maġistrati u mħallfin skont l-Għerf ta’ Alla tiegħek li għandek f’idek, biex jagħmlu l-ħaqq għall-poplu kollu li hemm in-naħa l-oħra tal-Ewfrat, għal kull min jaf il-Liġi ta’ Alla tiegħek. Dawk li ma jafuhiex għallimhielhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help