1Malli semgħu s-slaten kollha tal-Amurrin tan-naħa l-oħra tal-Ġordan, in-naħa tal-Punent, u s-slaten kollha tal-Kangħanin, ta’ ħdejn il-baħar, jiġifieri li l-Mulej nixxef l-ilma tal-Ġordan minn quddiem ulied Iżrael sakemm qasmu, qalbhom inħallet u tmewtu għalkollox minħabba wlied Iżrael.Ir-rit taċ-ċirkonċiżjoni
2Dakinhar il-Mulej qal lil Ġożwè: “Agħmel skieken taż-żnied u erġa’ aħtan lil ulied Iżrael għal darba oħra.”.
4U Ġożwè ħatinhom għaliex l-irġiel li kienu ħarġu mill-Eġittu, in-nies kollha tal-ġlied, kienu mietu fid-deżert, fit-triq, wara li kienu ħarġu mill-Eġittu.Iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid
10Ulied Iżrael waqqfu l-kamp tagħhom f’Gilgal. Hemm, fil-witat ta’ Ġeriko, għamlu l-Għid filgħaxija tal-erbatax tax-xahar.Jirbħu l-belt ta’ Ġeriko
13Ġara li xħin Ġożwè kien ħdejn Ġeriko rafa’ għajnejh u ra raġel quddiemu wieqaf bix-xabla misluta, u Ġożwè resaq lejh u staqsieh: “Inti magħna jew mal-għedewwa tagħna?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.