ĠOEL Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebĠoel kien il-profeta li ħabbar fiż-żmien meta Iżrael kien qed ibati minħabba xi diżastru naturali li ħakem il-pajjiż. Qtajja’ kbar ta’ ġradijiet attakkaw ir-raba’ u qerdu ż-żergħa. Il-poplu kien imnikket minħabba t-tbatija li diżastru bħal dan ġab fuqhom. Il-profeta juża din l-esperjenza biex iħabbar xi tbatija akbar, minn qerda iktar ħarxa, kellu jgħaddi l-poplu.Id-dar ta’ Iżrael ċaħdu lil Alla u kisru l-patt miegħu. Hekk kif qtajja’ ta’ ġradijiet qerdu l-uċuħ tar-raba’, hekk armati ta’ saltniet oħra kellhom jeqirdu lil Ġerusalemm u l-poplu tagħha. Il-poplu ġab fuqu l-kastig għax ma baqax leali lejn Alla ta’ missirijietu.Madankollu, Alla jibqa’ dejjem leali lejn il-wegħda tiegħu mal-poplu, u minkejja li kemm-il darba l-poplu ċaħdu, hu jibqa’ lest li jaħfer u jreġġagħhom lura lejn arthom u jberikom.Id-diżastru li kkawżaw il-ġradijiet f’Iżrael, hu biss ħjiel żgħir ta’ dak li għandu jseħħ f’jum il-ġudizzju ta’ Alla. F’dak iż-żmien, Alla jiġġudika lill-popli kollha għal kulma għamlu mal-poplu tiegħu, u dawk li jinstabu ħatja jirċievu l-kastig li ħaqqhom.Rassa bla qjiesf’wied is-sentenza!Għax il-Mulej fil-qribf’wied is-sentenza.Ix-xemx u l-qamar jiddallmu,u l-kwiekeb jitilfu dijiethom.Il-Mulej iriegħed minn Sijon,isamma’ leħnu minn Ġerusalemm;u s-smewwiet u l-art jitriegħdu!Iżda l-Mulej ikun għall-poplu tiegħu kenn,ikun fortizza għal ulied Iżrael! (4,14-16)It-taqsim tal-ktiebId-diżastru tal-ġradijiet (1,1—2,17)Il-wegħda tal-ħelsien (2,18-27)Jum il-Mulej (2,28—3,21)