ĠEREMIJA 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17L-idolatrija d-dnub ta’ Ġuda

1“Id-dnub ta’ Ġuda miktub

b’pinna tal-bronż,

u b’ponta tad-djamant minqux

fuq it-tavla ta’ qalbhom,

u fuq il-qrun tal-artali tagħhom.

2Biex jiftakru wliedhom fl-artali tagħhom,

u fl-artali tax-xbihat tal-Asera, u s-siġar

iħaddru fuq l-għoljiet għolja

3u l-muntanji fil-wita.

Ġidek u t-teżori tiegħek kollha

nagħtihom bi priża,

għad-dnub li għamilt fuq għoljietek

mal-medda kollha ta’ artek!

4U inti minn jeddek terħi l-wirt li tajtek,

u nġiegħlek taqdi lill-għedewwa tiegħek

f’art li int ma tafx biha.

Għax in-nar tal-korla tiegħi intom xgħeltu,

u jibqa’ mqabbad għal dejjem.”

5Dan jgħid il-Mulej:

“Misħut il-bniedem li jittama fil-bnedmin,

li jfittex il-qawwa tiegħu fil-ġisem,

u titbiegħed qalbu mill-Mulej.

6Ikun bħal siġra tal-għargħar fix-xagħri,

li ma tara ebda ġid ġej,

li tgħammar f’art tikwi fid-deżert,

art mielħa fejn ħadd ma jgħammar.

7Imbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej,

u l-fiduċja tiegħu fil-Mulej.

8Ikun bħal siġra ħdejn l-ilma mħawla,

b’għeruqha mxenxla lejn il-wied;

ma tibżax meta tiġi s-sħana,

il-weraq tagħha jibqa’ jħaddar;

fis-sena tan-nixfa ma tinkeddx,

u ma tehdiex milli tagħmel il-frott.

9Fuq kollox qalb il-bniedem kollha qerq

u mħassra. Min jifhimha?

10Jien hu l-Mulej, li nifli l-qalb

u ngħarbel il-ġewwieni,

biex nagħti ’l kull wieħed skont imġibtu,

skont ma jkun jistħoqq għemilu.”Alla, it-tama ta’ Iżrael

11Bħal-ħaġla li tfaqqas il-bajd

li ma tbidx hi;

hekk min jaħżen il-ġid,

imma mhux bis-sewwa;

f’għomru jkollu jħallih,

u fl-aħħar ta’ ħajtu jitqies bħall-iblah.

12Tron ta’ glorja, fl-għoli sa mill-bidu,

hu l-post tal-maqdes tagħna.

13It-tama ta’ Iżrael int, Mulej,

kull min jabbandunak jitħawwad.

Dawk li jitbiegħdu minnu

fit-trab jinkitbu,

għax telqu l-Mulej, l-għajn tal-ilma ġieri.

14Fejjaqni int, Mulej, u jien infiq,

salvani, u jien inkun salv,

għax int il-ftaħir tiegħi.

15Ara x’qegħdin jgħiduli huma:

‘Fejn hi l-kelma tal-Mulej?

Ħa sseħħ!’

16Jien ma qgħadtx irross fuqek għad-deni,

u jum l-hemm qatt ma xtaqtu.

Int taf x’ħareġ minn fommi,

kollox qiegħed quddiemek.

17Tkunx waħx għalija,

int il-kenn tiegħi fi żmien l-hemm.

18Ħa jitħawdu dawk li jsusu warajja,

u ma nitħawwadx jien!

Ħa jitbeżżgħu huma,

u ma nitbeżżax jien!

Niżżel fuqhom Jum id-deni,

u kissirhom għal darba tnejn.Il-ħarsien tas-Sibt

19Dan qalli l-Mulej: “Mur u oqgħod quddiem il-Bieb ta’ Benjamin mnejn jidħlu u joħorġu s-slaten ta’ Ġuda u f’kull bieb ieħor ta’ Ġerusalemm.

23“Imma huma ma ridux jisimgħu u lanqas jagħtu widen, anzi webbsu rashom biex ma jisimgħux u ma jeħdux it-tagħlima.

24“Jekk intom tassew tisimgħu minni, oraklu tal-Mulej, u ma ddaħħlu ebda tagħbija minn bwieb dil-belt f’jum is-Sibt, u tqaddsu jum is-Sibt, u ma tagħmlu ebda xogħol fih,

27“Imma jekk ma tisimgħux minni li tqaddsu jum is-Sibt u li ma ġġorrux tagħbijiet u ma tidħlux minn bwieb Ġerusalemm f’jum is-Sibt, jiena nqabbad nar f’dawn il-bwieb, li jibla’ l-palazzi ta’ Ġerusalemm, nar li ma jintefiex.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help