1U ġara li fil-bidu tas-sena, meta s-slaten is-soltu joħorġu għall-gwerra, Ġowab ħareġ bl-eżerċtu, u ħarbat l-art tal-Għammonin, imbagħad mar idawwar il-belt ta’ Rabba. U David kien baqa’ Ġerusalemm. U Ġowab ħabat għal Rabba u ġarrafha.
5U raġa’ qam il-ġlied mal-Filistin; u Elħanan bin Ġajir darab lil Laħmi, ħu Gulija l-Gatti, li kellu l-lasta tal-lanza bħal motwa tan-nissieġa.
6U raġa’ qam il-ġlied f’Gatt, u kien hemm raġel twil, li kellu erbgħa u għoxrin saba’, imqassma sitta sitta. Dan ukoll kien minn nisel Rafa.
7U kien iżeblaħ lil Iżrael, imma qatlu Ġonatan bin Simgħa, ħu David.
8Dawn kienu twieldu lil Rafa f’Gatt, u mietu b’id David u b’id il-qaddejja tiegħu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.