LEVITIKU 20 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 20Pieni u kastigi

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Għid lil ulied Iżrael: Jekk xi ħadd minn ulied Iżrael, jew mill-barranin li jgħammru f’Iżrael, jagħti ’l xi ħadd minn nislu lil Molek, jagħtuh il-mewt billi jħaġġru l-poplu.

6‘Min imur għand is-saħħara li jsejħu l-erwieħ u għand min jeħber, biex jiżni warajhom, indur għalih u neqirdu minn fost il-poplu.

7“Tqaddsu, u kunu qaddisin, għax jien il-Mulej Alla tagħkom.

9“Il-bniedem li jidgħi lil missieru u ’l ommu jagħtuh il-mewt; ikun ġieb il-mewt b’idejh għax ikun dagħa lil missieru u lil ommu.

10“Il-bniedem li jiżni ma’ mart għajru jagħtuhom il-mewt, liż-żieni u liż-żienja.

11“Ir-raġel li jimtedd ma’ mart missieru, ikun kixef l-għera ta’ missieru; joqtluhom it-tnejn; demmhom fuqhom.

12“Ir-raġel li jkun imtedd ma’ mart ibnu, jagħtuhom il-mewt it-tnejn, għax ikunu għamlu ħaġa faħxija; demmhom fuqhom.

13“Meta raġel jimtedd ma’ raġel bħalma jimtedd ma’ mara, it-tnejn ikunu għamlu ħaġa moqżieża: jagħtuhom il-mewt; demmhom fuqhom.

14“Wieħed li jkun iżżewweġ lil mara u ’l ommha jkunu għamlu ħaġa moqżieża: jaħarqu lilu u lilhom, u hekk ma jkunx hemm f’nofskom dan il-qżież.

15“Wieħed li jimtedd ma’ bhima jagħtuh il-mewt, u l-bhima toqtluha.

16“Mara li tersaq lejn xi bhima biex titħallat magħha, għandek toqtol lilha u l-bhima; għandhom imutu; demmhom fuqhom.

17“Li wieħed jiżżewweġ lil oħtu, bint missieru jew bint ommu, u hu jara l-għera tagħha u hi tara l-għera tiegħu, tkun ħaġa ta’ għajb; jinqatgħu t-tnejn minn fost il-poplu, għax ikun kixef l-għera ta’ oħtu, u jitgħabba bil-piż ta’ dnubu.

18“Jekk wieħed jimtedd ma’ mara fi żmienha, u jikxef l-għera tagħha, hu jkun kixef l-inxija tagħha, u hi kixfitlu l-inxija ta’ demmha; it-tnejn għandhom jinqatgħu minn fost il-poplu.

19“La tikxifx l-għera ta’ oħt ommok jew oħt missierek, għax tkun kxift l-għera ta’ qrabatek; u jkollhom jitgħabbew bil-piż ta’ dnubhom.

20“Raġel li jimtedd mal-mara ta’ ħu missieru, ikun kixef l-għera ta’ ħu missieru; it-tnejn jitgħabbew bil-piż ta’ dnubhom, u jmutu bla wlied.

21“Min jiżżewweġ lill-mara ta’ ħuh ikun għamel ħaġa moqżieża, għax ikun kixef l-għera ta’ ħuh, u jibqa’ bla wlied.”Eżortazzjoni għall-qdusija

22“Ħarsu l-liġijiet tiegħi kollha u d-digrieti tiegħi kollha, u agħmluhom, li ma tobżoqkomx ’il barra l-art li fiha jien se neħodkom biex tgħammru fiha.

23La timxux skont il-liġijiet tal-ġnus li jien se nkeċċi minn quddiemkom, għax dan kollu għamluh u jien stkerrahthom.

24Imma lilkom ngħidilkom: Intom tirtu l-art tagħhom u jien nagħtihielkom biex tirtuha, art tnixxi ħalib u għasel; jiena l-Mulej Alla tagħkom, li għażiltkom minn fost il-ġnus.

27“Jekk xi ħadd minn fostkom, raġel jew mara, isejjaħ l-erwieħ jew jeħber, għandhom jagħtuhom il-mewt billi jħaġġruhom; demmhom fuqhom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help