1F’dak iż-żmien Ħeżekija marad għall-mewt. U ġie għandu l-profeta Isaija bin Amos, u qallu: “Dan jgħid il-Mulej: ‘Aħseb għal darek għax se tmut u ma tgħixx.’ ”
4Imbagħad il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Isaija u qallu:
5“Mur u għid lil Ħeżekija: ‘Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ David missierek: Jien smajt it-talba tiegħek, rajt id-dmugħ tiegħek. Arani, issa se ntawwal għomrok bi ħmistax-il sena oħra,
6u neħilsek minn id is-sultan tal-Assirja, lilek u ’l din il-belt, u nħares ’il din il-belt.”: “Ħa jieħdu ċappa tin u jogħrku l-ġerħa biha u jfiq.”
22U Ħeżekija qal lil Isaija: “Liema hu s-sinjal li se nitla’ f’dar il-Mulej?”
7“U dan ikun is-sinjal mill-Mulej, li l-Mulej jagħmel dan.
8Arani, jiena rraġġa’ lura d-dell għaxar tarġiet, li x-xemx diġà niżlet mat-taraġ ta’ Aħaż.” U x-xemx reġgħet lura għaxar tarġiet mit-taraġ li kienet telgħet.
9Kantiku ta’ Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, meta marad u fieq mill-marda tiegħu:
10“Jien għedt: F’nofs ħajti jkolli nitlaq;
għall-bqija ta’ snini
jżommuni fi bwieb Art l-Imwiet.”
11Jien għedt: “M’iniex se nara l-Mulej
f’art il-ħajjin;
ma nara b’għajnejja lil ħadd iżjed
minn fost dawk li jgħammru fid-dinja.
12Tneħħietli l-għamara tiegħi u ġiet imwarrba minni,
bħal għarix ta’ ragħaj.
Int kebbibt ’il ħajti bħan-nissieġ,
min-newl int qtajtni.
Mis-sebħ sad-dlam int tkun temmejtni.
13Bqajt ngħajjat sa sbieħ il-jum
bħal iljun il-Mulej kissirli għadmi.
Mis-sebħ sad-dlam int tkun temmejtni.
14Bħal ħuttafa npespes,
bħal ħamiema nokrob,
għajnejja għejew iħarsu ’l fuq.
Mulej, jien magħkus, aqbeż għalija!
15X’naqbad nitkellem, u x’għandi ngħidlu?
Għax hu kellimni, u hu għamlu dan.
Irqadi kollu għab minħabba l-imrar f’ruħi.
16Mulej, qalbi tgħix għalik,
aħjili ’l ruħi, fejjaqni u agħtini saħħti.
17Ara, imrari tbiddel fi sliem,
int salvajtli ’l ħajti mill-ħofra tal-qerda,
int xħett wara spallejk ħtijieti kollha.
18Għax mhux Art l-Imwiet li troddlok ħajr,
anqas il-mewt ma tfaħħrek.
Ma jittamawx fil-fedeltà tiegħek
dawk li jinżlu fil-ħofra.
19Il-ħaj, min jgħix, jiżżik ħajr,
bħalma qed nagħmel jien illum;
il-missier jgħarraf lil uliedu l-fedeltà tiegħek.
20Salvana, Mulej, u aħna ngħannu fuq iċ-ċetri
il-jiem kollha ta’ ħajjitna f’dar il-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.