APOKALISSI 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17Il-Prostituta l-Kbira u l-Bhima

1Imbagħad ġie wieħed mis-seba’ anġli li kellhom is-seba’ bwieqi, kellimni u qalli: “Ejja ħa nurik il-ħaqq isir miż-Żienja l-Kbira li hi bilqiegħda fuq ħafna ilmijiet; sikru dawk li jgħammru fuq l-art.”, b’tagħmira deheb fuqha u ħaġar prezzjuż u ġawhar, u b’tazza tad-deheb f’idha, mimlija bil-qżiżijiet u l-ħmiġijiet taż-żina tagħha. ta’ Ġesù.

Jien tnixxift inħares lejn dan l-għaġeb kbir.

7U qalli l-anġlu: “Għaliex tistagħġeb? Se ngħidlek jien x’inhu l-misteru tal-Mara u tal-Bhima b’sebat irjus u għaxart iqrun li qiegħda żżommha fuqha.”

It-tixbiha tal-Bhima u tal-Mara Prostituta

8“Il-Bhima li int rajt, kienet, imma m’għadhiex iżjed; issa se titla’ mill-bir bla qiegħ biex tmur għall-qerda tagħha. U dawk li jgħammru fuq l-art, li sa mit-twaqqif tad-dinja isimhom mhuwiex imniżżel fil-ktieb tal-ħajja, jistagħġbu huma u jaraw il-Bhima, li kienet u li m’għadhiex iżjed u li għad terġa’ tidher. li fuqhom hi bilqiegħda l-Mara. U huma wkoll is-seba’ slaten.

10Ħamsa minnhom waqgħu, wieħed għadu hawn, u ieħor għadu ma ġiex, u, meta jiġi, ikollu jdum ftit.

11U l-Bhima, li kienet u ma għadhiex iżjed, hi stess hija t-tmien waħda, imma wkoll waħda mis-sebgħa, u sejra għall-qerda tagħha.

12U l-għaxart iqrun li rajt huma għaxar slaten; huma għadhom ma ħadux is-saltna, iżda għad jieħdu s-setgħa ta’ slaten għal siegħa waħda biss flimkien mal-Bhima.

15U ssokta jgħidli: “L-ilmijiet li rajt, fejn hemm bilqiegħda ż-Żienja, huma popli u folol ta’ nies u ġnus u ilsna.

16U l-għaxart iqrun u l-Bhima li rajt, dawn ikollhom mibegħda għall-Mara żienja, jagħmluha bħal deżert u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha u jaħarquha bin-nar..”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help