1 TIMOTJU 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Dmirijiet tal-insara lejn xulxin

1Lil min hu mdaħħal fiż-żmien tiħdux bl-aħrax, imma wissih qisu missierek. Iż-żgħażagħ imxi magħhom bħal aħwa;.

4Jekk mara armla għandha l-ulied jew ulied uliedha, dawn għandhom jitgħallmu l-ewwel jagħmlu dmirhom billi jġibu rispett lill-familja tagħhom u jroddu lill-ġenituri tagħhom dak li ħaqqhom; għax dan jogħġob lil Alla.

5Dik imbagħad li hi tassew armla u ma għandha ’l ħadd, tqiegħed it-tama f’Alla u tgħaddi jiemha fit-talb u fl-orazzjoni lejl u nhar;, l-aktar dawk li jagħmlu x-xogħol tax-xandir tal-kelma u tat-tagħlim., biex iżżomm tajjeb dawn il-ħwejjeġ kollha bla ma tħares lejn wiċċ ħadd u bla ma tixxaqleb lejn ħadd.

22Tkunx ħafif biex tqiegħed idejk fuq dak li jkun; tisseħibx fid-dnubiet ta’ ħaddieħor; żomm ruħek safi!

23Tixrobx ilma biss, imma ħu ftit inbid, għax jagħmillek tajjeb għall-istonku u l-mard tiegħek ta’ spiss.

24Hemm xi wħud li dnubiethom huma magħrufa sa minn qabel ma jsir ħaqq minnhom; oħrajn, iżda, dnubiethom jingħarfu wara.

25Hekk ukoll jintgħarfu l-għemejjel it-tajba; u saħansitra dawk li m’humiex magħrufa, ma jistgħux jibqgħu moħbija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help