1In-nies kienu jgħammru fil-belt imqaddsa fis-sliem sħiħ u l-Liġi kienet imħarsa mill-aħjar minħabba t-tjieba ta’ Onija, il-qassis il-kbir, u l-mibegħda li kellu għall-ħażen., sultan tal-Asja, kien iħallas minn butu n-nefqa kollha għas-servizz tas-sagrifiċċji.
4Imma wieħed jismu Xmun, mit-tribù ta’ Benjamin, li kienu għamluh amministratur tat-tempju, tlewwem mal-qassis il-kbir fuq l-amministrazzjoni tal-belt., bniedem ta’ pożizzjoni għolja, u li dak il-misħut ta’ Xmun kien qiegħed iqarraq bih. B’kollox kien hemm erba’ mitt talent tal-fidda u mitejn talent tad-deheb;
12ma jista’ jkun qatt li ssir ħsara lil dawk li kellhom fiduċja fil-qdusija tal-post u fil-ġieħ u s-sigurtà tat-tempju stmat mad-dinja kollha.
13Imma Eljodoru, bis-saħħa tal-ordnijiet tas-sultan li kellu, qal li kollox kellu jinġabar fit-teżor tas-sultan.
14Fil-jum iffissat daħal jara u jagħmel l-inventarju. Fil-belt kien hemm diqa mhux żgħira.
15Il-qassisin, libsin ilbies sagru, inxteħtu wiċċhom fl-art quddiem l-artal, u jgħollu leħenhom lejn is-sema biex dak li kien ta l-liġi dwar id-depożitu jżommhom sħaħ għal dawk li kienu ddepożitawhom.
16Min kien iħares lejn wiċċ il-qassis il-kbir kien iħoss għafsa ta’ qalb, għax ħarstu u l-bidla ta’ kuluru kienu juru weġgħet qalbu.
17Waqgħu fuq dan il-bniedem biża’ u rogħda f’ġismu, li kull min kien iħares lejh sewwa kien jintebaħ bl-uġigħ ta’ qalb li kellu.
18In-nies bdew ħierġa minn djarhom qtajja’ qtajja’ biex jitolbu fil-pubbliku għax il-post imqaddes kien se jiġi mkasbar.
19In-nisa mħażżmin bix-xkejjer taħt sidirhom, imlew it-toroq; ix-xebbiet, li kienu magħluqa f’darhom, ħarġu fil-bibien, oħrajn fuq il-ħitan, oħrajn jittawlu mit-twieqi.
20Ilkoll, b’idejhom merfugħa lejn is-sema, bdew jitolbu bil-ħerqa.Eż 9,29-33; Esd 9,5.
21Kienet dehra taqsamlek qalbek: dik il-folla mitluqa bl-addoċċ wiċċha fl-art, u l-qassis il-kbir qalbu ttaqtaq bil-kbir.
22Dawn in-nies kienu qegħdin jitolbu l-Mulej li jista’ kollox, biex iħares u jżomm sħaħ u fiż-żgur id-depożiti għal dawk li kienu ddepożitawhom.
23Eljodoru sadattant beda jagħmel kulma kien iddeċieda.
24Imma malli sab ruħu fil-kamra tat-teżor flimkien mal-għases tiegħu, Sid l-ispirti u kull setgħa għamel għaġeb kbir u dawk li kellhom il-ħila jidħlu hemm ġew laqtithom il-qawwa ta’ Alla, u tmewtu bil-biża’ li qabadhom.
25Dehrilhom żiemel imżejjen b’sarġ mill-isbaħ u b’kavallier tal-biża’ fuqu, riesaq imlebbet lejn Eljodoru, u jagħtih b’saqajh ta’ quddiem. Il-kavallier deher liebes armatura tad-deheb.2 Mak 5,4.
26Dehrulu wkoll żewġ żgħażagħ, mimlija saħħa, jilmu bil-ġmiel, u mlibbsin ilbies sabiħ. Kienu qegħdin wieħed kull naħa tiegħu, u bdew isawtuh bla heda u jagħtuh daqqiet bla qjies.
27Eljodoru waqa’ b’sabta fl-art, b’dalma kbira fuqu, u qabduh u qegħduh f’lettiga.
28Imbagħad lil dan il-bniedem, li ftit qabel daħal imdawar b’segwitu kotran ta’ nies u ħafna għassiesa fil-kamra tat-teżor, issa ħarġuh bla ma jista’ jgħin ruħu; u kellu jagħraf fil-beraħ il-qawwa ta’ Alla.
29Waqt li dak kien jinsab mixħut imbikkem milqut mill-qawwa ta’ Alla, bla tama ta’ fejqan,
30il-Lhud bdew ifaħħru lill-Mulej li gglorifika d-dar tiegħu; u t-tempju, li ftit qabel kien maħkum mill-biża’ u l-konfużjoni, imtela bil-ferħ u l-hena mad-dehra tal-Mulej li jista’ kollox.
31Minnufih xi wħud minn ta’ madwar Eljodoru talbu lil Onija biex jitlob ’l Alla l-Għoli li jagħtihom il-grazzja u jżomm ħaj lil dak li kien fl-aħħar nifs.
32Il-qassis il-kbir, imħasseb li s-sultan jista’ jgħaddilu minn rasu li l-Lhud nasbu xi waħda lil Eljodoru, offra sagrifiċċju għall-fejqan ta’ dan il-bniedem.
33Waqt li l-qassis il-kbir kien qiegħed joffri s-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, l-istess żgħażagħ dehru lil Eljodoru libsin l-istess ilbies, waqfu quddiemu u qalulu: “Rodd ħajr kbir lil Onija, il-qassis il-kbir, għax minħabba fih il-Mulej għoġbu jagħtik il-ħajja.
34Int li kont imsawwat mis-Sema, ħabbar lil kulħadd is-setgħa kbira ta’ Alla.” Malli qalu dan, ma dehrux aktar.
35Eljodoru, imbagħad, offra sagrifiċċju lill-Mulej u għamel wegħdiet mill-akbar lil Dak li żammu ħaj, u ta idu lil Onija, u raġa’ lura għal għand is-sultan.
36Lil kulħadd ta xbieha tal-opri ta’ Alla l-Kbir, li rahom b’għajnejh.
37Meta s-sultan staqsa lil Eljodoru min sata’ kien tajjeb biex jerġa’ jintbagħat għat-tieni darba Ġerusalemm, dan wieġeb:
38“Jekk għandek xi għadu jew xi xewwiexi kontra l-gvern ibagħtu hemm, u jekk joħroġ ħaj ikollok tilqgħu lura msawwat, għax hemm tassew xi qawwa ta’ Alla.
39Dak li jgħammar fis-sema jgħasses u jħares dak il-post. Hu jidrob u jġib fix-xejn lil min jersaq ’l hemm biex jagħmel il-ħsara.”
40U hekk spiċċat l-istorja ta’ Eljodoru u l-ħarsien tat-teżor.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.