1Ġara li darba s-Sibt kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu? U madankollu ħadd ma kien jista’ jiekol minnu ħlief il-qassisin biss!” u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.
18Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti mniġġsa kien ifiq;
19u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.
Hena veru u hena qarrieq(Mt 5,1-12)20Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:
“Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla.
21Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.
Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew.
22Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.
24Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.
25Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewħu u tibku.
26Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!L-imħabba tal-għedewwa(Mt 5,38-48; 7,12a)
27“Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom,; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra;Mt 6,14.
38agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.”Mk 4,24.
39Qalilhom parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra?Mt 15,14; 23,16.24.
40Id-dixxiplu m’huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.Mt 10,24-25; Ġw 13,16; 15,20.
41Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int?
42Kif tista’ tgħidlu lil ħuk, ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek’, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.
Is-siġra tingħaraf mill-frott(Mt 7,16-20; 12,34b-35)43“Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb.
44Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq.Mt 12,33.
45Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Sisien tajba u sisien ħżiena(Mt 7,24-27)46“Għaliex issejħuli, ‘Mulej,’ u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien?Mt 7,21.
47Kull min jiġi għandi u jisma’ kliemi u jagħmel dak li ngħid jien, ħa ngħidilkom lil min jixbah.
48Jixbah lil wieħed li ried jibni dar, ħaffer fil-fond sa ma sab il-blat, u fuqu qiegħed is-sisien. Imbagħad għamlet xita bil-qliel, il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuq dik id-dar, imma ma setax jheżiżha, għax kienet mibnija tajjeb.
49Iżda min jisma’ kliemi u ma jagħmilx li ngħid jien, jixbah lil wieħed li jkun bena daru fuq l-art mingħajr ma qiegħed sisien. Il-wied niżel b’qawwa kbira għal fuqha u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba kbira minn dik id-dar!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.