1U semgħet is-sultana ta’ Saba, bil-fama ta’ Salamun, u ġiet biex iġġarrbu b’mistoqsijiet tqal f’Ġerusalemm, b’qatgħa ġmielha ta’ kbarat magħha, u b’iġmla mgħobbija bi ħwawar u ħafna deheb u ħaġar prezzjuż. U ġiet għand Salamun u qaltlu kulma kellha maħżun f’qalbha.
26U hu kien jaħkem fuq is-slaten kollha mix-xmara sal-art tal-Filistin u l-fruntieri tal-Eġittu.
27U l-fidda li kien hemm f’Ġerusalemm kattarha bħall-ġebel, u l-injam taċ-ċedru għamlu bħall-injam tat-tin selvaġġ li jikber fil-wita.1 Slat 5,1; 2 Kron 1,15.
28U kienu joħorġu ż-żwiemel għal Salamun minn Musri u mill-artijiet kollha.
Tmiem is-saltna ta’ Salamun29U l-bqija tal-ġrajja ta’ Salamun, mill-ewwel sal-aħħar, huma miktuba fil-Ġrajja ta’ Natan il-Profeta, fil-Profeziji ta’ Aħija s-Siluni, u fid-Dehra ta’ Għiddu l-Veġġent dwar Ġerobogħam bin Nebat.1 Slat 11,41-43; 1 Slat 12,1-19.
30U Salamun saltan f’Ġerusalemm fuq Iżrael kollu għal erbgħin sena.
31U Salamun strieħ ma’ missirijietu, u difnuh fil-belt ta’ David missieru; u floku beda jsaltan Reħobogħam.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.