1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mill-Mulej:
2“Dan jgħid il-Mulej Alla ta’ Iżrael: ikteb fi ktieb il-kliem kollu li għedtlek.
4Dan huwa l-kliem li qal il-Mulej għal Iżrael u għal Ġuda:
5Dan jgħid il-Mulej:
“Smajna għajta tkexkxek,
għajta ta’ biża’, u mhux ta’ sliem!
6Stħarrġu u taraw,
jekk raġel jistax jiled.
Għala mela rajt l-irġiel b’saħħithom,
kollha b’idejhom fuq ġenbejhom,
bħal mara fil-ħlas?
Għala l-uċuħ kollha sfaru?
7Ah! Għax kbir hu dak il-Jum,
u m’hemmx bħalu!
Żmien ta’ diqa jkun għal Ġakobb,
imma minnu joħroġ salv.
8“U f’dak il-Jum, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, inkisser il-madmad tiegħu minn fuq għonqu u nżarrat l-irbit tiegħu, u ma jżommuhx aktar b’ilsir il-barranin., li jien għad inqajmilhom.
10U int, Ġakobb il-qaddej tiegħi, la tibżax,
oraklu tal-Mulej,
u int Iżrael la titrigħedx.
Għax, arani, jien se neħilsek
minn pajjiż ’il bogħod;
u lil nislek minn art jasarhom;
u jerġa’ lura Ġakobb, u jgħix fis-sliem,
u jkun fil-kwiet bla biża’ ta’ xejn.
11Għax jiena miegħek,
oraklu tal-Mulej,
biex insalvak.
Għax nagħmel straġi mill-ġnus kollha,
li f’nofshom jien xerridtek.
Imma minnek ma nagħmilx straġi.
Nikkastigak skont ma ħaqqek;
b’xejn ma nħallikx żgur.
12Għax dan jgħid il-Mulej: Ma hemmx fejqan għalik;
il-ġerħa tiegħek ma tiddewwiex.
13Ma hemmx min jieħu f’idejh il-kawża tiegħek;
għal ġerħitek m’għandekx duwa u fejqan.
14Ħbiebek kollha nsewk, mhumiex ifittxuk.
Għax minħabba l-kotra ta’ dnubietek
sawwattek bħallikieku kont l-għadu tiegħek,
widdibtek bl-aħrax,
għax kibru qatigħ ħtijietek.
15Għalfejn tgħajjat bil-ġerħa tiegħek?
Ma tfiqx mit-tbenġil tiegħek;
minħabba l-kotra ta’ dnubietek;
għax kibru ħtijietek
jien ġibt dan fuqek.
16Għalhekk dawk kollha li belgħuk,
għad jibilgħuhom;
u l-għedewwa tiegħek ilkoll,
għad jispiċċaw fl-eżilju.
Dawk li neżżgħuk
għad ineżżgħuhom;
u dawk li għamlu minnek priża,
għad nagħmel minnhom priża jien.
17U nagħlaqlek ġerħatek,
u nfejqek mit-tbenġil tiegħek,
oraklu tal-Mulej.
Għax sejħulek: “L-abbandunata”,
“Dik Sijon, ħadd ma jfittixha”,
18hekk jgħid il-Mulej:
Araw, se nbiddel ix-xorti ta’ tined Ġakobb,
se nħenn għall-għerejjex tiegħu:
il-belt tinbena fuq l-għolja tagħha;
jerġa’ jitla’ l-palazz fejn kien,
19u minnhom joħroġ għana ta’ radd il-ħajr u għana ta’ ferħ.
Inkattarhom, u ma jkunux ftit;
inkabbarhom u ma jiċkinux.
20U wliedhom ikunu bħal qabel,
u quddiemi tinġabar ġemgħathom.
Jien nikkastiga l-għakkiesa tagħhom.
21U l-prinċep tagħhom ikun wieħed minnhom;
u l-mexxej tagħhom joħroġ minn nofshom.
Jien irressqu lejja u hu jersaq lejja;
għax min se jissogra jersaq lejja minn rajh?
Oraklu tal-Mulej.
22U intom tkunu l-poplu tiegħi,
u jien inkun Alla tagħkom.
23Arawh, ir-riefnu tal-Mulej!
Xegħel għadbu bħal tempesta qawwija,
li se tfaqqa’ fuq ras il-ħżiena.
24Għax is-saħna tal-Mulej ma terġax lura,
qabel ma tkun għamlet u temmet
ħsieb moħħu.
Fl-aħħar jiem għad tifhmuh sewwa.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.