BIN SIRAK 36 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 36Talba għall-ħelsien u l-qawmien ta’ Iżrael

1Ikollok ħniena minna,

Sidna, Alla tal-ħolqien kollu, u ħares lejna,

u niżżel fuq il-ġnus kollha l-biża’ tiegħek.

2Erfa’ idek fuq il-ġnus, il-barranin,

ħa jaraw il-qawwa tiegħek.

3Bħalma quddiemhom urejt qdusitek bina,

hekk ukoll quddiemna uri l-kobor tiegħek bihom.

4U jagħrfuk bħalma għarafniek aħna,

li m’hemmx Alla ħliefek, Mulej.

5Uri sinjali ġodda u erġa’ agħmel għeġubijiet,

agħti glorja lil idek u lil driegħek il-lemini.

6Qanqal l-għadab tiegħek, u żvoga l-korla tiegħek,

eqred lil min jeħodha miegħek, u ġib fix-xejn lill-għadu tiegħek.

7Qassar iż-żmien u ftakar fil-ħalfa,

ħa jixxandru għeġubijietek.

8Min ħelisha, ħa jinfena b’nar għadbek,

u dawk li jagħmlu ħsara lill-poplu tiegħek ħa jintilfu.

9Farrak l-irjus tal-mexxejja tal-għedewwa,

dawk li jgħidu: “M’hawnx għalina!”

10Iġma’ t-tribujiet kollha ta’ Ġakobb,

u agħtihom wirthom bħalma għamilt fil-bidu.

11Ikollok ħniena, Mulej, mill-poplu li jsejħulu b’ismek,

minn Iżrael, li int għaddejtu b’ibnek il-kbir.

12Ħa tiġik ħasra mill-belt qaddisa tiegħek,

Ġerusalemm, il-post tal-mistrieħ tiegħek.

13Imla ’l Sijon bl-għana ta’ tifħirek,

u t-tempju tiegħek bil-glorja tiegħek.

14Ixhed għal dawk li int ħlaqt fil-bidu,

u temm il-profeziji li ngħataw f’ismek.

15Agħti ħlashom lil dawk li jittamaw fik,

u hekk jitwemmnu l-profeti tiegħek.

16Agħti widen, Mulej, għat-talba tal-qaddejja tiegħek,

skont il-barka ta’ Aron fuq il-poplu tiegħek.

17U kull min hu fuq l-art jagħraf

li int il-Mulej, o Alla ta’ dejjem.L-għażla bejn ħaġa u oħra

18Fl-istonku jintefa’ kull xorta ta’ ikel,

imma hemm ikel itjeb minn ieħor.

19Bħalma l-ħalq itiegħem laħam l-annimali,

hekk ukoll min jilħaqlu moħħu jintebaħ bi kliem qarrieq.

20Min hu qalbu mħassra hu kaġun ta’ niket,

imma l-bniedem imġarrab jaf kif għandu jħallsu.

L-għażla

21Mara tilqa’ ’l kull raġel,

imma xi bniet huma aħjar minn oħrajn.

22Is-sbuħija ta’ mara tnissel hena fuq wiċċ dak li jkun,

u tisboq kulma jixtieq bniedem.

23U jekk il-kliem ta’ fommha hu ħelu u ħlejju,

żewġha m’hawnx bħalu fost il-bnedmin.

24Min jikseb mara jsib fortuna,

għajnuna taqbel għal miegħu u kolonna biex iserraħ fuqha.

25Fejn m’hemmx ħajt, dak li għandek jeħduhulek;

u fejn m’hemmx mara r-raġel imdejjaq,

jiġġerra ’l hemm u ’l hawn.

26Għax min se jafda f’ħalliel ħafif,

li jaqbeż bil-ġiri minn belt għal oħra.

27Hekk ukoll bniedem li m’għandux bejta,

u jorqod fejn jilħqu l-lejl.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help