1U l-Anġlu tal-Mulej tala’ minn Gilgal għal Bokim u qal: “Jien tellajtkom mill-Eġittu, u wassaltkom fl-art li kont wegħedt lil missirijietkom, u għedt: ‘Ma nħassar qatt il-patt li għamilt magħkom,L-infedeltà tal-poplu ta’ Iżrael
6Ġożwè bagħat il-poplu f’daru u wlied Iżrael marru, kulħadd fl-art li messitu biex jeħodha f’idejh..
14U xegħlet il-korla tal-Mulej għal Iżrael, u telaqhom f’idejn il-ħallelin li serquhom, u biegħhom f’idejn l-għedewwa tagħhom ta’ madwarhom, hekk li ma setgħux iżjed jieqfu lill-għedewwa tagħhom.
15Kull meta kienu joħorġu għat-taqbid id il-Mulej kienet kontrihom bħalma kien qal il-Mulej, u kif kien ħalfilhom il-Mulej; u kellhom dwejjaq kbar.
16U l-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, u dawn kienu jsalvawhom minn id il-ħallelin.
17Imma anqas mill-imħallfin tagħhom ma semgħu; anzi żnew wara allat oħra u adurawhom. Malajr warrbu mit-triq li mxew fiha missirijiethom, li semgħu l-liġijiet tal-Mulej, ħaġa li huma ma għamluhiex.
20U l-korla tal-Mulej xegħlet kontra Iżrael u qal: “Talli dan il-poplu kiser il-patt tiegħi li ordnajt lil missirijiethom u ma semgħux minn kliemi,
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.