1U Mosè sejjaħ lil Iżrael kollu u qalilhom: “Intom rajtu kulma għamel il-Mulej quddiem għajnejkom fl-art tal-Eġittu lill-Fargħun, lill-qaddejja kollha tiegħu u lil artu kollha;
2it-tiġrib kbir li raw għajnejk, dawk is-sinjali kbar u għeġubijiet..
19“Il-Mulej ma jkunx irid jaħfirlu, imma jixgħel bil-korla u bl-għira l-Mulej għal dak ir-raġel, u jinżlu fuqu s-saħtiet kollha li hawn miktuba f’dan il-ktieb, u l-Mulej iħassar ismu minn taħt is-smewwiet.
20U jaqtgħu l-Mulej mit-tribujiet kollha ta’ Iżrael bi ħsara għalih, skont is-saħtiet ta’ dan il-patt miktuba fil-ktieb ta’ din il-liġi.
21“Il-ġenerazzjoni ta’ wara, uliedek li għad iqumu warajk, u l-barrani li għad jiġi minn art imbiegħda u għad jara l-ħsarat ta’ din l-art u l-mard li jkun bih marradha l-Mulej -
22kubrit, melħ u ħriq l-art kollha li ma tistax tinżera’ jew tnibbet, u ebda ħaxix ma jikber fiha - meta dawn jaraw dan it-tiġrif bħal dak ta’ Sodoma u Gomorra, Adma u Sebojim, imġarrfa mill-Mulej fil-qilla tal-korla tiegħu,
28“Il-ħwejjeġ mistura huma tal-Mulej, Alla tagħna, iżda l-ħwejjeġ mikxufa huma għalina u għal uliedna għal dejjem, biex nagħmlu kulma tgħidilna din il-liġi.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.