ĠENESI 28 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 28

1U Iżakk sejjaħ lil Ġakobb u bierku, ordnalu u qallu: “La tiħux mara mill-bniet ta’ Kangħan.

6U Għesaw ra li Iżakk bierek lil Ġakobb, u li bagħtu f’Fiddien-aram biex jieħu mara minn hemm, u meta kien ibierku ordnalu u qallu: “La tiħux mara minn fost il-bniet ta’ Kangħan.”

7U Ġakobb sama’ minn missieru u ommu, u mar Fiddien-aram.

8U ra wkoll Għesaw li l-bniet ta’ Kangħan kienu jidhru koroh f’għajnejn Iżakk missieru.

9Għalhekk Għesaw mar għand Ismagħel, u, barra n-nisa li diġà kellu, ħa b’martu lil Maħalat, bint Ismagħel bin Abraham, oħt Nebajot.Il-ħolma ta’ Ġakobb

10U Ġakobb ħareġ minn Birsaba u telaq lejn Ħaran., u waqaf biex jgħaddi l-lejl, għax ix-xemx kienet niżlet, u ħa waħda mill-ħaġar li kien hemm u għamilha mħadda għal rasu, u raqad f’dak il-post sagru.

12U ħolom, u ra sellum wieqaf fl-art bil-quċċata tiegħu fis-sema; u beda jara l-anġli telgħin u niżlin miegħu.

16Imbagħad stenbaħ Ġakobb mir-raqda tiegħu u qal: “Tassew hawn Alla f’dan il-post, u jien ma ntbaħtx.”

17U beża’ u qal: “Kemm hu tal-biża’ dan il-post sagru. Dan mhux ħlief dar Alla, u dan bieb is-smewwiet!”, u sawwab iż-żejt fuq rasha.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help