1L-għerf kollu ġej mill-Mulej,
u qiegħed miegħu għal dejjem.
2Ramel il-baħar, qtar ix-xita,
u jiem l-eternità, min jista’ jgħoddhom?
3L-għoli tas-smewwiet, il-wisa’ tal-art,
l-abbiss, u l-għerf, min jista’ jiflihom?
4L-għerf kien maħluq qabel kollox,
u l-għarfien bil-għaqal kien minn dejjem.
5Għajn ta’ għerf hi kelmet Alla fl-għoli tas-smewwiet,
u triqatu huma l-kmandamenti ta’ dejjem.
6Il-bidu tal-għerf lil min ġie mgħarraf,
u l-għeġubijiet tiegħu min jafhom?
7 Lil min intwera tagħlim l-għerf?
U min fehem il-kotra ta’ triqatu?
8Wieħed hu għaref; u hu ta’ biża’ kbir
meta joqgħod fuq it-tron tiegħu, il-Mulej.
9Il-Mulej innifsu ħalaq l-għerf, rah u qiesu,
u xerrdu fuq dak kollu li għamel.
10L-għerf qiegħed ma’ kull bniedem skont id-don tiegħu,
u qassmu lil dawk li jħobbuh.Il-biża’ ta’ Alla
11Il-biża’ tal-Mulej hu glorja u foħrija,
hu ferħ u kuruna ta’ hena.
12Il-biża’ tal-Mulej iferraħ il-qalb,
u jnissel ferħ, hena u ħajja twila.
13Min jibża’ mill-Mulej imur tajjeb fl-aħħar jiem,
u jkun imbierek f’jum mewtu.
14Il-bidu tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej,
u għal dawk li jemmnu nħalaq magħhom f’ġuf ommhom.
15Bena daru għal dejjem fost il-bnedmin,
u lejn ulied il-bniedem jibqa’ fidil.
16Il-milja tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej,
u jxebba’ l-bnedmin bil-frott tiegħu.
17Jimlielhom darhom kollha b’dak li tixtieq qalbhom,
u l-imħażen tagħhom bil-frott li jnissel.
18Kuruna ta’ għerf hu l-biża’ tal-Mulej,
u minnu jikbru sliem u saħħa tajba.
19Il-Mulej ra l-għerf u qiesu,
u bagħat xita ta’ tagħlim u għarfien,
u lil dawk li jżommuh taħt idejhom jgħollihom fil-glorja.
20L-għerq tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej,
u l-friegħi tiegħu għomor twil.
21 Il-biża’ tal-Mulej ineħħi d-dnubiet,
min iżomm sħiħ ibiegħed kull korla.
Sabar u rażan22L-għadab inġust ħadd ma jista’ jiġġustifikah,
għax meta fl-għadab ixaqleb il-miżien, ikun it-telfien tal-bniedem.
23Il-bniedem ta’ sabar iżomm sħiħ sa ma jasal iż-żmien,
u fl-aħħar ifeġġ għalih il-ferħ.
24Iżomm kliemu moħbija sa ma jasal iż-żmien,
u l-għaqal tiegħu jkun fuq fomm il-kotra.Għerf u ġustizzja
25Fit-teżori tal-għerf jinsabu qwiel ta’ tagħlim,
imma l-midneb jistmerr jaqdi ’l Alla.
26Jekk għandek għal qalbek l-għerf ħares il-kmandamenti,
u l-Mulej jipprovdihulek bil-kotra.
27Għax il-biża’ tal-Mulej hu għerf u tagħlim,
u jogħġbu l-bniedem fidil u umli.
28Tkunx wieħed li ma joqgħodx għall-biża’ tal-Mulej
u tidħolx għalih b’żewġt iqlub.
29Turix wiċċ b’ieħor quddiem in-nies,
u għasses fuq kliem fommok.
30Tgħollix lilek innifsek, li ma tmurx taqa’
u ġġib l-għajb fuqek.
Il-Mulej jikxef il-moħbi tiegħek,
u jbaxxik f’nofs il-ġemgħa,
talli ma tkunx wasalt għall-biża’ tal-Mulej,
u kellek qalbek mimlija qerq.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.