LHUD 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Is-salvazzjoni l-kbira

1Għalhekk għandna nagħtu ħafna aktar kas ta’ dak li smajna, li ma mmorrux nitbiegħdu ’l barra mit-triq.

2Għax jekk il-kelma li ngħatat permezz tal-anġli kienet tiswa tant li min ma kienx iħarisha, jew ma kienx joqgħod għaliha, kien jieħu l-ħlas li ħaqqu,Il-glorja tas-Salvatur

5Id-dinja li għandha tiġi, li fuqha qegħdin nitkellmu, Alla ma qegħedhiex taħt is-setgħa tal-anġli.

6X’imkien fl-Iskrittura hemm xhieda li tgħid hekk:

“X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,

jew bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?

7 Ftit inqas mill-anġli int għamiltu,

bil-glorja u l-ġieħ żejjintu,

8 kollox taħt riġlejh qegħedtlu.”

Issa, meta jgħid li “qiegħed kollox taħt is-setgħa tiegħu”, dan ifisser li xejn ma ħalla li ma jkunx imqiegħed taħtu. Tassew li għalissa aħna għadna m’aħniex naraw kollox taħt is-setgħa tiegħu.

10Għax kien jixraq li Alla, li għalih u bih sar kollox, waqt li jwassal ħafna wlied għall-glorja, jagħmel li l-Awtur tas-Salvazzjoni tagħhom ikun perfett bis-saħħa tas-sofferenzi.

11Għax kemm dak li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed. U għalhekk Ġesù ma jistħix isejħilhom ħutu,

f’nofs il-ġemgħa nfaħħrek;”

13u wkoll:

“Fih jiena nittama;”

u iżjed:

“Hawn jien, jien u l-ulied li Alla tani”.

14Billi l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem, Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom, biex b’mewtu jeqred is-setgħa ta’ dak li kellu l-mewt f’idejh, jiġifieri x-Xitan,.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help