1Malli s-sultan Ħeżekija sama’ b’dan ċarrat ilbiesu, u nkesa bi xkora, u mar fit-tempju tal-Mulej.
5U l-qaddejja ta’ Ħeżekija marru għand Isaija.
6U Isaija qalilhom: “Dan għidu lil sidkom: ‘Dan jgħid il-Mulej: La tibżax mill-kliem li smajt, li bih il-qaddejja tas-sultan tal-Assirja żebilħuni.
14Ħeżekija ħa l-ittra minn id il-messaġġiera, u qraha. Imbagħad tala’ fit-tempju tal-Mulej, u firixha quddiem il-Mulej.
20Imbagħad Isaija bin Amos, bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael. Kulma tlabtni dwar is-sultan Sanħerib, sultan tal-Assirja, jiena smajtu.
21Dan jgħid il-Mulej kontrih:
“Tistmerrek, tiddieħak bik,
ix-xebba bint Sijon.
Minn warajk tħarrek rasha,
bint Ġerusalemm!
22Lil min għajjart u lil min żeblaħt?
Kontra min għollejt leħnek,
u rfajt għajnejk fil-għoli?
Kontra l-Qaddis ta’ Iżrael!
23Bil-messaġġiera tiegħek għajjart is-Sid,
u għedt: ‘Bil-kotra tal-karrijiet tiegħi,
jien tlajt fil-għoli fuq il-muntanji,
fuq il-qċaċet tal-Libanu.
Qaċċatt l-ogħla ċedri tiegħu,
l-isbaħ fost iċ-ċipress tiegħu;
dħalt fl-ibgħad irkejjen tiegħu,
fil-foresti tiegħu qishom ġonna.
24Jiena ħaffirt u xrobt
l-ilma tal-barrani;
jiena nixxift b’qiegħ saqajja
l-widien kollha tal-Eġittu.’
25Ma smajtx jaqaw li sa minn żmien ilu, dan jien ħejjejtu?
Minn żmien il-qedem jien kont sawwartu
u issa temmejtu?
Int kellek tagħmel gods ħerba
bliet bis-swar.
26U nieshom, bla ħila,
tħawdu u twerwru,
saru bħal ħaxix tar-raba’,
bħal inbiet tari,
bħal ħażiż tal-bjut,
u sbul maħruq mir-riħ tal-Lvant.
27Kull meta int toqgħod,
jew toħroġ, jonkella tidħol,
jiena nkun naf.
28Ladarba żżarġant kontrija,
u l-kburija tiegħek waslet f’widnejja,
jiena ngħaddi ħolqti minn imnifsejk,
u lġiem minn xufftejk,
u rreġġgħek lura fi triqtek
li minnha ġejt.
29“U dan ikun is-sinjal: Din is-sena tiekol milli jinbet waħdu, sena oħra dak li jinbet minn dan, u fit-tielet sena tiżirgħu u taħsdu u tħawlu d-dwieli, u tieklu mill-għelejjel tagħhom.
32“Għalhekk dan jgħid il-Mulej għas-sultan tal-Assirja:
‘F’din il-belt ma jidħolx;
ebda vleġġa ma jwaddab fiha;
ebda tarka ma jressaq quddiemha;
ebda ħajt ma jtella’ madwarha.
33Mit-triq li minnha ġie,
minnha jerġa’ lura.
U f’din il-belt ma jidħolx,
oraklu tal-Mulej.
34Jiena nħares din il-belt u nsalvaha
minħabba fija nnifsi,
u minħabba David, il-qaddej tiegħi.’ ”
35Ġara li dak il-lejl stess, ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp tal-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn filgħodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.
36Imbagħad Sanħerib, sultan tal-Assirja, rafa’ l-kamp u telaq u raġa’ lura, u baqa’ f’Ninwè.
37U kif kien mixħut fl-art fit-tempju ta’ Nisrok, alla tiegħu, Adrammelek u Sareser, uliedu, darbuh bix-xabla, u huma ħarbu lejn l-art ta’ Ararat. U laħaq sultan floku Esarħaddun, ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.