1Ma tafux intom, l-aħwa - qiegħed nitkellem ma’ nies li jafu l-Liġi - li l-liġi taħkem bniedem sakemm jibqa’ ħaj?
2Hekk, il-mara miżżewġa hi marbuta bil-liġi ma’ żewġha sakemm hu jdum ħaj; jekk żewġha jmut tinħall mil-liġi ta’ żewġha.
3Għalhekk, sakemm żewġha jkun għadu ħaj, jekk tiżżewweġ raġel ieħor, tkun adultera. Jekk żewġha jmut hi tkun ħielsa minn dik il-liġi u jekk tiżżewweġ raġel ieħor, ma tkunx adultera.
4Hekk intom, l-aħwa, mittu għal-Liġi permezz tal-ġisem ta’ Kristu, biex intom tkunu ta’ ħaddieħor, jiġifieri, ta’ dak li kien imqajjem mill-imwiet, sabiex nagħmlu l-frott għal Alla., il-ġibdiet tad-dnub kienu jaħkmu fina permezz tal-liġi fil-membri tal-ġisem tagħna biex nagħmlu l-frott għall-mewt..Il-jasar tad-dnub fina
7Xi ngħidu, mela? Li l-Liġi hi dnub? Ma jkun qatt! Imma ma kontx inkun naf x’inhu d-dnub, kieku ma kinitx il-Liġi; ma kontx inkun naf x’inhuma x-xewqat ħżiena kieku l-Liġi ma qaltlix: “Ma jkollokx xewqat ħżiena”.
13Mela dak li hu tajjeb sar mewt għalija? Ma jkun qatt! Iżda d-dnub, biex jurini li hu dnub, ġiebli l-mewt b’dak li hu tajjeb biex permezz tal-kmandament id-dnub jurini sa fejn jasal il-ħażen tad-dnub. togħġobni l-liġi ta’ Alla;
23iżda nilmaħ fil-membri ta’ ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta’ moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi.
24Imsejken bniedem li jien! Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt?
25Niżżi ħajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna!
Mela minni nnifsi jien naqdi lil-liġi ta’ Alla b’moħħi, iżda b’ġismi naqdi l-liġi tad-dnub.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.