1L-għada filgħodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt., il-gvernatur.
Il-mewt ta’ Ġuda(Atti 1,18-20)3Imbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat, nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u x-xjuħ biex jerġa’ jagħtihomlhom lura;!” Iżda huma qalulu: ‘Aħna din x’inhi affari tagħna? Dak arah int!”.”
7Ftiehmu bejniethom, u b’dawk il-flus xtraw l-Għalqa ta’ Ħaddiem il-Fuħħar, biex fiha jidfnu l-barranin.
8Kien għalhekk li dik l-għalqa ssemmiet l-Għalqa tad-Demm, u hekk għadha magħrufa sal-lum.
9Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija meta qal: ‘U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda, il-prezz ta’ dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael,Ġesù kkundannat għall-mewt(Mk 15,6-15; Lq 23,13-25; Ġw 18,39—19,6)
15Nhar ta’ festa l-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma.
16Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.
17Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija?”
18Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f’idejh.
19Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu: “Qis li ma jkollokx x’taqsam ma’ dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm.”
20Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu ’l Ġesù.
21Il-gvernatur, mela, raġa’ staqsiehom: “Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?” “Lil Barabba.”: dan arawh intom!”!”, tahulhom biex isallbuh.
Is-suldati jżebilħu lil Ġesù(Mk 15,16-20; Ġw 19,1-3)27Imbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.
28Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.
33Meta waslu f’post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa,
34tawh jixrob inbid b’taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu. u dehru lil bosta nies.:Id-difna ta’ Ġesù(Mk 15,42-47; Lq 23,50-56; Ġw 19,38-42)
57Xħin sar filgħaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Ġesù;L-għassa mal-qabar
62L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar u l-Fariżej inġabru għand Pilatu
63u qalulu: “Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal, ‘Wara tlitt ijiem inqum.’Mt 12,40; 16,21; 17,23; 20,19; Mk 8,31; 9,31; 10,34; Lq 9,22; 18,33; 24,7.
64Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu, ‘Qam mill-imwiet,’ u hekk il-qerq tal-aħħar ikun agħar minn tal-ewwel.”Mt 12,45; Lq 11,26; 2 Pt 2,20.
65Qalilhom Pilatu: “Għandkom l-għassa; morru ħarsuh tajjeb kif tafu.”
66U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa’ mħares sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.