1U fis-sena tmintax tas-sultan Ġerobogħam beda jsaltan Abija fuq Ġuda..
5Ma tafuhiex jaqaw, li l-Mulej, Alla ta’ Iżrael, ta lil David is-saltna fuq Iżrael għal dejjem, lilu u lil uliedu, b’patt li ma jitħassarx?
6U qam Ġerobogħam bin Nebat, qaddej ta’ Salamun bin David, u rvilla kontra sidu.
13U Ġerobogħam kien bagħat nies bil-moħbi biex jieħdu l-għadu minn wara; u ġara li quddiem Ġuda kien hemm l-eżerċtu u minn warajhom in-nies moħbija.
14Malli Ġuda raw li kellhom jiġġieldu minn quddiem u minn wara, huma sejħu lill-Mulej u l-qassisin daqqew it-trombi.
15In-nies ta’ Ġuda għajtu l-għajta tal-gwerra, u malli dan Alla darab lil Ġerobogħam u lil Iżrael kollu quddiem Abija u Ġuda.
16U ħarbu wlied Iżrael minn quddiem Ġuda u Alla rħiehom f’idejhom.
17U Abija u n-nies tiegħu tawhom xebgħa kbira u baqgħu mejta minn Iżrael ħames mitt elf raġel mill-aħjar.
18Hekk dakinhar ulied Iżrael kienu umiljati u wlied Ġuda msaħħa għax huma strieħu fuq il-Mulej, Alla ta’ missirijiethom.
19U Abija għamel għal wara Ġerobogħam, u ħadlu l-ibliet ta’ Betel u l-irħula tagħha, Ġesana bl-irħula tagħha, Efron bl-irħula tagħha.
20U Ġerobogħam qatt ma sata’ jieħu ruħ fi żmien Abija. Imbagħad laqtu l-Mulej u miet.
21Imma Abija ssaħħaħ, u żżewweġ erbatax-il mara, u nissel tnejn u għoxrin tifel u sittax-il tifla.
22Il-bqija tal-ġrajja, l-imġiba tiegħu u l-għemejjel tiegħu huma kollha miktuba fl-Istorja ta’ Għiddu l-profeta.1 Slat 15,7-9; 2 Kron 12,15; 14,1.
23U Abija strieħ ma’ missirijietu u difnuh fil-belt ta’ David. Daħal isaltan floku Asa, ibnu; u fi żmienu l-pajjiż kien fil-kwiet għal għaxar snin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.