1Għaddew minn Amfipoli u Apollonja u waslu Tessalonika, fejn kien hemm sinagoga tal-Lhud., u mhux ftit nisa mill-kbarat.. Uħud minnhom kienu jgħidu: “X’għandu x’jgħid dan il-lablâb?” U oħrajn: “Donnu messaġġier ta’ xi allat stranġiera.” Għax kien ixandar lil Ġesù u l-qawmien mill-imwiet.
19Għalhekk ħaduh magħhom u marru fl-Arjopagu u qalulu: “Nistgħu nkunu nafu x’inhu dan it-tagħlim ġdid li qiegħed tgħallem?
20Għax int semmajtna ħwejjeġ li qatt ma smajna bihom, u aħna nixtiequ nkunu nafu x’inhuma dawn.”
21Issa l-Atenin kollha u l-barranin li kienu joqogħdu hemm ma kienu jedhew b’xejn ħlief b’li jgħidu jew jisimgħu xi ħaġa ġdida.
22Imbagħad Pawlu, wieqaf f’nofs l-Arjopagu, qabad jitkellem: “Irġiel ta’ Ateni, qiegħed nara li intom f’kollox nies mill-aktar reliġjużi.
23Jien u għaddej u nħares lejn ix-xbihat qaddisa tal-qima tagħkom, sibt ukoll artal b’din il-kitba fuqu, ‘Lil Alla Mhux Magħruf’. Għalhekk, dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, inħabbarhulkom jien.
24Alla, li għamel id-dinja u kulma fiha, u li hu sid is-sema u l-art, ma joqgħodx f’tempji maħduma bl-idejn, għamel il-ġens kollu tal-bnedmin biex jgħammru fuq wiċċ l-art kollha, u qassmilhom bil-qjies iż-żminijiet u t-truf tal-art fejn għandhom jgħammru;, ‘Aħna tassew nisel tiegħu.’
29Mela ladarba aħna nisel ta’ Alla, ma għandniex naħsbu li hu jixbah lid-deheb jew lill-fidda jew lill-ħaġar, qisu xbieha ġejja minn sengħet u moħħ il-bniedem.; u ta’ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-imwiet.”
32Malli semgħu kliemu fuq il-qawmien mill-imwiet, xi wħud minnhom bdew jidħku; iżda oħrajn qalu: “Nerġgħu nisimgħuk fuq dan darb’oħra.”
33Hekk Pawlu ħareġ minn ġo nofshom.
34Imma xi wħud issieħbu miegħu u emmnu; fost dawn kien hemm ukoll Djonisju l-Arjopagita u waħda mara jisimha Damari u oħrajn magħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.