1U wlied Issakar kienu Tola, Puwa, Ġasub, Simron - erbgħa.Il-familja ta’ Naftali
13Ulied Naftali kienu: Ġaħsijel, Guni, Ġeser, Sallum, ulied Bilħa.
Il-familja ta’ Manassi14Ulied Manassi kienu: Axrijel, li wilditlu l-konkubina l-Aramija; wildet ukoll lil Makir, missier Gilgħad.Num 26,29-32.
Ġoż 17,1.15U Makir ħa nisa għal Ħuffim u għal Suffim. Waħda kien jisimha Magħka, u isem it-tieni kien Selofħad; Selofħad kellha bniet biss.Ġoż 17,3.
16U Magħka, il-mara ta’ Makir, wildet iben u semmietu Peres, u ħuh kien jismu Seres, u wliedu kienu Ulam u Rakem.
17U wlied Ulam: Bedan. Dawn huma wlied Gilgħad bin Makir, bin Manassi.
18U oħtu Ħammoleket wildet lil Isħod, lil Abigħeżer u lil Maħla.Mħ 6,11-12.
19U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi u Anigħam.
Il-familja ta’ Efrajm20U wlied Efrajm: Setulaħ, Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elgħada, ibnu; Taħat, ibnu;Num 26,35.
21Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer u Elgħad; lil dawn qatlulhom in-nies ta’ Gatt, li kienu twieldu fil-pajjiż, għax kienu niżlu jeħdulhom l-imrieħel.
22U Efrajm missierhom għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu ġew isabbruh.
23U resaq lejn martu, u din tqalet, u wildet iben, u semmieh Berigħa, għax kienet waqgħet il-ħsara fuq daru.1 Kron 8,13.
24Bintu kienet Sera, li bniet Betħoron, ta’ isfel u ta’ fuq, u Użżen-sera.Ġoż 16,3.
25Refaħ kien ibnu, u Resef ibnu, u Telaħ ibnu, u Taħan ibnu,
26Lagħdan ibnu, Għammiħud ibnu, Elisama ibnu,Num 1,10; 2,18; 7,48; 10,22.
27Nun ibnu, Ġożwè ibnu.Eż 33,11.
28L-artijiet u l-għamajjar tagħhom kienu: Betel bl-irħula tagħha, Nagħran fuq il-Lvant, u Geżer bl-irħula tagħha, fuq il-Punent, u Sikem bl-irħula tagħha, u Għajja bl-irħula tagħha.Ġen 12,8; 1 Slat 9,16.
29U f’idejn ulied Manassi kienu: Betsan bl-irħula tagħha, Tagħnak bl-irħula tagħha, Megiddu bl-irħula tagħha, u Dor bl-irħula tagħha. F’dawn kienu jgħammru wlied Ġużeppi bin Iżrael.
Il-familja ta’ Aser30Ulied Aser kienu: Imna, Iswa, Iswi, Berigħa, u oħthom Xeraħ.Ġen 46,17; Num 26,44-45.
31U wlied Berigħa: Ħeber, Malkijel, li kienu missier Birżajt.
32U Ħeber wiled lil Ġaflet, Somer, Ħotam u Sugħa, oħthom.
33U wlied Ġaflet kienu: Pasak, Bimħal, Għaswat. Dawn kienu wlied Ġaflet.
34U wlied Semer, ħuh, kienu: Roħga, Ġeħubba u Aram.
35U wlied Ħelem, ħuh, kienu: Sofaħ, Imna, Seles u Għamal.
36Ulied Sofaħ: Suħa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imraħ,
37Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Bera.
38U wlied Ġeter: Ġefunni, Pisfa u Ara.
39U wlied Għulla kienu: Araħ, Ħannijel u Risja.
40Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet ta’ djar missirijiethom, nies magħżula, gwerriera qalbiena, kapijiet fost il-prinċpijiet. L-għadd tal-miktubin tagħhom fl-eżerċtu għall-gwerra kien ilaħħaq sitta u għoxrin elf ruħ.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.