EFESIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraIl-messaġġ prinċipali tal-ittra lill-Efesin hu li Ġesù miet fuq is-salib biex jagħtina l-ħelsien darba għal dejjem. Hu qam mill-mewt u qiegħed fil-ġieħ tal-glorja tal-Missier, minn fejn jista’ jmexxi lid-dinja u l-futur tagħha. Hekk dak kollu li hu tal-art u dak kollu li hu tas-sema jsiru ħaġa waħda fi Kristu. Din hi s-salvazzjoni.Kristu ġabar flimkien lil-Lhud u lill-pagani billi waqqa’ l-ħajt ta’ mibegħda li kien jifridhom (2,14). Hu għamilhom ħaġa waħda bħala t-tempju tal-Ispirtu Qaddis (2,22). Hu proprju dan il-pjan etern ta’ Alla għall-bnedmin.Hemm biss Mulej wieħed, Spirtu wieħed u Alla wieħed, missier il-ġnus kollha. Dan ifisser li l-insara għandhom iħallu lill-Ispirtu jżommhom magħqudin qalb waħda ħalli jistgħu jgħixu fil-paċi bejniethom. Matul l-ittra, Pawlu jsemmi għal 20 darba l-idea li l-insara huma ħaġa waħda fi Kristu. Hemm fidi waħda u magħmudija waħda li bihom l-insara jsiru ġisem wieħed.Il-kunċett tal-għaqda tal-poplu ta’ Alla jsib espressjoni f’diversi xbihat, fosthom li l-knisja hi ġisem wieħed bir-ras tagħha li hu Kristu; il-bini li tiegħu Ġesù hu l-ġebla tax-xewka; il-mara li Kristu hu l-għarus tagħha.Efesu kienet belt ċentrali fl-Imperu Ruman u ċ-ċentru tal-qima favur l-alla Artemi. Pawlu jfakkar lill-Efesin li huma ġew imsejħa għal ħajja ġdida u Alla kien qed jistenna ħafna minnhom. Min isegwi lil Kristu hu għażiż ħafna u għandu jgħix il-ħajja ta’ Alla. Huma kienu fid-dlam imma issa rċevew id-dawl u jridu jkunu huma stess dawl għall-oħrajn.Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu - bi grazzja intom salvi… permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b’don ta’ Alla (2,4—5,8).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-2)Kristu u l-Knisja (1,3—3,21)Il-ħajja ġdida fi Kristu (4,1—6,20)Konklużjoni (6,21-24)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help