MIKEA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-messaġġi ta’ dan il-ktieb huma diretti kemm lejn is-Samarija, il-belt kapitali ta’ Iżrael, is-saltna tat-Tramuntana u kemm lejn Ġerusalemm, il-belt kapitali ta’ Ġuda fin-Nofsinhar tal-Palestina.Ġara li l-awtoritajiet f’dawn iż-żewġt ibliet kisru l-patt ta’ Alla. Minflok li ħeġġew lill-poplu li jqim lil Alla kif xieraq, huma mexxewh lejn il-qima ta’ allat foloz u lejn il-moħqrija tal-fqir. Kienu jsaltnu korruzzjoni u serq bla rażan fiż-żewġt ibliet.Minkejja kollox, Alla jwiegħed futur ta’ tama għal Iżrael u Ġuda. Il-popli taż-żewġt ibliet kellhom iduru lura lejh. Imbagħad, Alla jagħżel sultan li jmexxi l-poplu lejn is-sliem; jieħu ħsiebu bħalma ragħaj jieħu ħsieb il-merħla tiegħu.Ta’ min jinnota kif l-awtur jisħaq f’dan il-ktieb fuq is-sliem universali li għad jasal fuq il-popli. Is-sultan il-kbirikun hu l-imħallef ta’ ħafna popli,f’idejh ikun id-destin ta’ ġnus setgħana,imqar l-aktar imbiegħda.Ix-xwabel tagħhom idewbuhom f’sikek,u l-lanez tagħhom fi mnieġel.Il-ġnus ma jisiltux ix-xwabel għal xulxin,u ma jitħarrġux aktar għall-gwerra.Imma kull wieħed jinsab taħt id-dielja tiegħu,u taħt is-siġra tat-tin tiegħu;u ma jkunx hemm min iwerwirhom,għax fomm il-Mulej tal-eżerċti tkellem (4,4-5).It-taqsim tal-ktiebIl-ġudizzju fuq Iżrael u Ġuda (1,1—3,12)Ħelsien u sliem (4,1—5,15)Twissijiet u messaġġ ta’ tama (6,1—7,20)