1Ġob wieġeb u qal:
2“Ħwejjeġ bħal dawn ili ħafna nisma’,
farraġa msejkna intom ilkoll.
3M’hemmx li jintemm dan il-kliem fieragħ?
U int x’inhu jġagħlek tibqa’ tgħid tiegħek?
4Jien kont naf nitkellem bħalkom,
kieku intom kontu minfloki;
bi kliemi kont nordomkom,
u nħarrek għalikom rasi;
5b’li ngħidilkom kont nirfidkom,
u ma nehdiex inħarrek xufftejja.
6Ukoll jekk nitkellem ma jittaffiex hemmi,
u jekk niskot mhux se jgħaddili.
7Għax issa fnieni dak li għandu għalija,
il-ġemgħa tiegħu kollha qabdet fija.
8Sar xhud u qam kontrija,
dak li infamani jixlini f’wiċċi,
9Iħebb għalija l-għadab ta’Alla u jbiċċirni,
jgħażgħaż għalija snienu,
u jħares lejja biċ-ċiera.
10Fetħu mbagħad ħalqhom kontrija,
bi tkasbir tawni bil-ħarta,
ngħaqdu għalenija kontra tiegħi.
11Alla telaqni f’idejn min jagħmel il-ħażen,
iva f’idejn il-ħżiena rħieni.
12Kont ngħix bi kwieti u għarraqni,
qabadni minn għonqi u għafasni,
ħadni b’mira tal-wadab tiegħu.
13Dawwarni minn kull naħa bil-vleġeġ tiegħu,
qattagħli bla ħniena l-ġewwieni tiegħi,
u ħariġli għal fuq l-art imsarni.
14B’xaqq fuq ieħor qasamni,
bħal gwerrier intafa’ fuqi.
15Ħitt xkora madwar ġildi,
u għaddast rasi fit-trab.
16Minfuħ wiċċi bid-dmugħ,
mgħammxin il-ħbub t’għajnejja,
17għalkemm bl-ebda dnewwa ma ċċappsu jdejja,
u t-talba tiegħi hi sinċiera.
18O art, la tgħattix id-demm tiegħi,
biex ma tindifinx l-għatja tiegħi.
Ġob jappella lil Alla19“Iva, imqar issa għandi xhud fis-sema,
hemm fil-għoli min jaqbeż għalija.
20Ifisser hu ħsibijieti quddiem Alla
li lejh nerfa’ għajnejja bil-biki
21u jkun l-imħallef bejn bniedem u Alla
bħalma jsir bejn bniedem u għajru.
Krib ieħor ta’ Ġob22“Jgħaddu s-snin magħduda ta’ ħajti,
u naqbad it-triq li ma nerġax lura minnha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.