MARK 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Ġesù quddiem Pilatu(Mt 27,1-2.11-26; Lq 23,1-5.13-25; Ġw 18,28; 19,1.4-16)

1Filgħodu kmieni l-qassisin il-kbar iltaqgħu malajr max-xjuħ u mal-kittieba u mas-Sinedriju kollu biex jiftiehmu bejniethom. Imbagħad rabtu lil Ġesù, ħaduh u tawh f’idejn Pilatu.

2Pilatu staqsieh: “Inti s-sultan tal-Lhud?” U hu wieġeb u qallu: “Int qiegħed tgħidu.”

3Il-qassisin il-kbar bdew jaqilgħu ħafna akkużi kontra tiegħu.

4Iżda Pilatu raġa’ staqsieh: “Ma twieġeb xejn? Ara kemm akkużi qegħdin iġibu kontra tiegħek!”, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

Is-suldati jżebilħu lil Ġesù(Mt 27,27-31; Ġw 19,2-3)

16Is-suldati ħaduh magħhom ġewwa fil-palazz, jiġifieri l-Pretorju, u sejħu r-riġment kollu.

17Libbsuh ilbies aħmar skur, u qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk.

18U bdew isellmulu: “Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!”

19U qabdu jagħtuh b’qasba fuq rasu, jobżqulu fuqu, u jilwu rkupptejhom quddiemu biex jagħtuh qima.

20Imbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-ilbies aħmar u xeddewlu ħwejġu.

Ġesù msallab(Mt 27,32-44; Lq 23,26-43; Ġw 19,18-24)

U ħaduh ’il barra biex isallbuh.

21Kien għaddej wieħed, Xmun minn Ċireni, missier Xandru u Rufu, ġej lura mir-raba’, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.

22U wassluh f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa.

23U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedx jieħu minnu. xħin sallbuh.

26Il-kitba li turi l-ħtija tal-kundanna tiegħu kienet tgħid hekk: “Is-sultan tal-Lhud.”

27Miegħu sallbu wkoll żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.

29Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh, iċaqilqu rashom u jgħidu: “Għajb għalik, int li tħott it-tempju u tfittex terġa’ tibnih fi tlitt ijiem!, waħħalha f’tarf ta’ qasba u tah jixrob filwaqt li qal: “Stennew, ħa naraw jiġix Elija jniżżlu!” li kien wieqaf biswitu, meta rah jgħajjat u jmut hekk, qal: “Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla!”

40Kien hemm ukoll xi nisa jħarsu mill-bogħod, fosthom Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu ż-żgħir u Ġosè, u Salomi;Lq 8,2-3.

41dawn, meta Ġesù kien fil-Galilija, kienu jmorru miegħu u jaqduh. U kien hemm ukoll bosta oħrajn li kienu telgħu Ġerusalemm miegħu.

Id-difna ta’ Ġesù(Mt 27,57-61; Lq 23,50-55; Ġw 19,38-42)

42Kien ġa sar filgħaxija, u billi kien Jum it-Tħejjija, jiġifieri lejlet is-Sibt,

43Ġużeppi minn Arimatija, membru magħruf tal-Kunsill, li hu wkoll kien jistenna s-Saltna ta’ Alla, għamel il-ħila, daħal quddiem Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù.

44Pilatu stagħġeb li kien ġa miet; bagħat għaċ-ċenturjun u staqsieh jekk kienx ilu li miet.

45Meta mbagħad sar jaf mingħand iċ-ċenturjun, ta l-ġisem ta’ Ġesù lil Ġużeppi,

46u dan xtara liżar tal-għażel, niżżel lil Ġesù mis-salib, keffnu fil-liżar u qiegħdu f’qabar imħaffer fil-blat; imbagħad gerbeb ġebla fid-daħla tal-qabar.Atti 13,29.

47Marija ta’ Magdala u Marija omm Ġosè qagħdu jaraw fejn tqiegħed.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help