1U rajt anġlu ieħor ta’ saħħa kbira nieżel mis-sema, bi sħaba madwaru, qawsalla fuq rasu, wiċċu qisu x-xemx, saqajh donnhom kolonni tan-nar,
2bi ktejjeb miftuħ f’idu. U hu serraħ siequ l-leminija fuq il-baħar u x-xellugija fuq l-art,
3u fetaħ jgħajjat b’leħen qawwi kif jgħajjat iljun, u wara li samma’ l-għajta tiegħu, il-ħoss tas-seba’ ragħdiet beda jfaqqa’.
4Wara li nstama’ l-ħoss tas-seba’ ragħdiet jien kont se naqbad nikteb, imma smajt leħen ġej mis-sema jgħid: “Kulma qalu s-seba’ ragħdiet ħallih moħbi, tniżżlux fil-kitba.”, li kien ħabbar lill-qaddejja tiegħu l-profeti.Il-profeta jibla’ l-ktieb
8Imbagħad il-leħen li kont smajt mis-sema raġa’ kellimni u qalli: “Mur ħu l-ktieb il-miftuħ li hemm f’id l-anġlu wieqaf fuq il-baħar u fuq l-art”.
9U mort ħdejn l-anġlu u għedtlu jagħtini l-ktejjeb. U qalli: “Ħu, u ibilgħu, u jsirlek imrar ġo fik, imma ġo ħalqek jiġik ħelu għasel.” u slaten.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.