1Għanja tat-Telgħat.
Hieni kull min jibża’ mill-Mulej,
kull min jimxi fit-triqat tiegħu!
2Mix-xogħol ta’ jdejk inti tiekol;
hieni int, u riżqek tajjeb!
3Martek tkun bħal dielja għammiela
fl-irkejjen ta’ darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ
madwar il-mejda tiegħek.
4Ara, kif ikun imbierek il-bniedem
li jibża’ mill-Mulej!
5Ibierkek il-Mulej minn Sijon!
Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm
tul ħajtek kollha!
6Jalla tara wlied uliedek!
Sliem għal Iżrael!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.