MATTEW 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Iż-żjara tal-maġi

1Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu:, u ġejna nqimuh.”

3Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu.

4Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija.

5U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:

6 ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda,

le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda,

għax minnek joħroġ mexxej

li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.’

7Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba;

8bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.”

9Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel..Il-qerda tal-innoċenti

16Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, inkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subien kollha ta’ minn sentejn ’l isfel, skont iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi.

17Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal,

18 ‘F’Rama nstama’ leħen,

biki u lfiq kbir:

Rakel tibki lil uliedha

u ma tridx min ifarraġha,

għax ma għadhomx iżjed.’ Lura lejn art Iżrael

19Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu

20u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” flok Erodi missieru, baża’ jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, telaq lejn l-inħawi tal-Galilija,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help