KOĦÈLET 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-bniedem għaref

1Min hu bħall-għaref li jaf iħoll problema?

L-għerf idawwal wiċċ il-bniedem

u jneħħilu ebusitu.

2Ħares l-ordni tas-sultan

ukoll minħabba l-ħalfa quddiem Alla.

3Tgħaġġilx titlaq minn quddiem is-sultan, u twebbisx rasek f’ħaġa ħażina.

4Għax il-kelma tas-sultan fuq kollox qiegħda, u min se jindaħallu f’dak li jagħmel?

5Min jobdi l-liġi f’ebda għawġ ma jsib ruħu. Jaf tajjeb moħħ l-għaref li hemm waqt u ħaqq:

6u tabilħaqq għal kull ħaġa hemm il-waqt u l-ħaqq, waqt li ħsarat kbar huma mdendla fuq il-bniedem.

7Għax hu ma jafx x’se jkun il-ġejjieni, u min jaf jgħidlu meta se jkun?

9Dan kollu rajt jien u naħseb fl-għemil kollu li jsir taħt ix-xemx meta bniedem jaħkem fuq ieħor u jagħmillu l-ħsara.

14Iżda fuq l-art tinsab frugħa oħra; hemm nies ġusti li jieħdu l-ħlas li jmiss l-għemejjel tal-ħżiena, u hemm nies ħżiena li jieħdu l-ħlas li jmiss l-għemejjel tal-ġusti. Jiena ngħid: “Dan ukoll hu frugħa.”

15Għalhekk jien infaħħar it-tgawdija, għax il-bniedem m’għandux hena ieħor taħt ix-xemx ħlief li jiekol u jixrob, u jkun ferħan; ħa jkunu dawn sħabu fit-taħbit tiegħu tul l-għomor li Alla jagħtih taħt ix-xemx.

16Meta ntfajt biex nikseb l-għerf osservajt l-għemejjel li fihom jedha l-bniedem fuq l-art bla ma jistrieħ, la billejl u lanqas binhar.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help