SALMI 15 - Maltese Bible with DC

Salm 15Min jista’ jgħix ma’ Alla

1Salm ta’ David.

Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħek?

Min joqgħod fuq l-għolja mqaddsa tiegħek?

2Min jgħix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb,

min jgħid is-sewwa f’qalbu;

3min ma jqassasx bi lsienu,

ma jagħmilx deni lil ġaru,

u ma jgħajjarx lil għajru;

4min ma jistmax lill-bniedem ħażin,

imma jweġġaħ lil dawk li jibżgħu mill-Mulej;

min iwiegħed u jżomm kelmtu;

5min jislef u ma jitlobx imgħax,

u ma jixxaħħamx kontra min hu bla ħtija.

Min jagħmel dan qatt ma jitħarrek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help