EŻEKJEL 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11It-twiddiba lill-prinċpijiet ħżiena

1Imbagħad l-ispirtu refagħni u ħadni fil-bieb tal-Lvant ta’ dar il-Mulej li jħares in-naħa tal-Lvant. U, ara, fid-daħla tal-bieb kien hemm ħamsa u għoxrin raġel; u f’nofshom ilmaħt lil Ġażanija bin Għażżur u Pelatija bin Benaja, ilkoll prinċpijiet tal-poplu.

2U qalli: “O bniedem, dawn huma n-nies li jfasslu l-ħażen u jagħtu l-pariri ħżiena f’din il-belt, u jmorru jgħidu:

3‘M’hemmx għaġla nibnu d-djar. Din hi l-borma, u aħna l-laħam.’Il-wegħda ta’ restawrazzjoni

13Malli temmejt inħabbar, Pelatija bin Benaja miet u jien inxtħett wiċċi fl-art u għajjatt għajta kbira u għedt: “Ah! Sidi Mulej, se teqred int il-fdal ta’ Iżrael?”

14U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli: u l-qżiżijiet kollha tagħha.

19U nagħtihom qalb oħra, u nnissel spirtu ġdid ġewwa fihom; naqlgħalhom il-qalb tal-ġebel minn ġisimhom, u nagħtihom qalb tal-laħam,Dt 30,6-8; S 51,12-14; Ġer 4,4; 31,31-33; Eżek 18,31; 36,26-27; 44,7; 2 Kor 3,3.

20biex huma jimxu fuq il-preċetti tiegħi u jħarsu l-liġijiet tiegħi, u jagħmluhom. Imbagħad huma jkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħhom.

21Imma dawk li qalbhom marbuta mal-idoli, l-għajb u l-qżiżijiet tagħhom, jiena nitlobhom kont tal-imġiba tagħhom, oraklu tal-Mulej.’ ”

22U l-kerubini fetħu ġwenħajhom, bir-roti maġenbhom; u l-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael kienet fuqhom.Eż 24,16; Eżek 1,28.

23U l-glorja tal-Mulej tqanqlet minn nofs il-belt, u marret qagħdet fuq l-għolja n-naħa tal-Lvant tal-belt.

24L-ispirtu refagħni u ħadni f’art il-Kaldin fost l-itturufnati, f’dehra ta’ Alla; u għabet minn quddiemi d-dehra li kont rajt.Eżek 3,12.

25U jien għedt lill-itturufnati kulma wrieni l-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help