1Wara dan ħarist, u ara rajt bieb miftuħ fis-sema; u l-leħen ta’ qabel, li kont ġa smajtu jkellimni qisu tromba, qalli:
“Itla’ hawn, ħa nurik x’għandu jiġri wara dan.”.
4Madwar it-tron, erbgħa u għoxrin siġġu, u fuqhom, bilqiegħda, erbgħa u għoxrin Xiħ, lebsin l-abjad, b’kuruna tad-deheb fuq rashom.
9U kull darba li l-Ħlejjaq Ħajjin jagħtu glorja u ġieħ u radd il-ħajr lil dak li qiegħed fuq it-tron, u li hu għal dejjem ta’ dejjem,S 47,8; Is 6,1; Eżek 1,26-27; Dan 4,34; 6,26; 12,7; Sir 1,8; Apk 4,2; 5,1-7; 6,16; 7,10-15; 19,4; 21,5.
10l-erbgħa u għoxrin Xiħ jinxteħtu quddiem dak li qiegħed fuq it-tron, jagħtu qima lilu li jgħix għal dejjem ta’ dejjem, iqiegħdu l-kuruni tagħhom quddiem it-tron, u jgħidu:
11“Jistħoqqlok, Mulej Alla tagħna,
li tilqa’ l-glorja u l-ġieħ u s-setgħa,
għax int ħlaqt il-ħlejjaq kollha,
u huma kienu u nħolqu bir-rieda tiegħek.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.