1U ’l Ġużeppi niżżluh l-Eġittu u Putifar, uffiċjal tal-Fargħun u kap tal-koki, raġel Eġizzjan, xtrah mingħand l-Ismagħelin, li kienu niżżluh hemmhekk.
2U l-Mulej kien ma’ Ġużeppi; għalhekk kien bniedem li kellu r-riżq. U baqa’ fid-dar ta’ sidu l-Eġizzjan.
11Ġara li darba waħda bħal dari Ġużeppi daħal id-dar jagħmel ix-xogħol tiegħu u ma kien hemm ħadd min-nies tad-dar ġewwa.
12U hi qabditu minn ħwejġu u qaltlu: Imtedd miegħi.” U hu telaq il-libsa f’idha, ħarab u ħareġ ’il barra.
13U ġara li, malli rat li ħalla ħwejġu f’idha u ħarab ’il barra,
14bdiet tgħajjat in-nies ta’ darha u tgħidilhom: “Araw, ġibilna raġel Għebrew biex jgħaddi ż-żmien bina. Resaq lejja biex jimtedd miegħi, u jien għajjatt għajta kbira.
15U hu malli semagħni ngħolli leħni u ngħajjat, ħalla ħwejġu ħdejja, u ħarab u ħareġ ’il barra.”
16U żammet ħwejġu ħdejha sakemm ġie sidu d-dar tiegħu.
17U hi tennietlu dan il-kliem kollu u qaltlu: “Resaq lejja dan l-ilsir Għebrew li int ġibtilna biex jgħaddi ż-żmien bija.
18U ġara li malli għollejt leħni u bdejt ngħajjat ħalla ħwejġu ħdejja, ħarab, u ħareġ ’il barra.”
19U malli sidu sama’ l-kliem li qaltlu martu: “Dawn il-ħwejjeġ għamilli l-ilsir tiegħek,” xegħel bil-qilla.
20U sidu qabad lil Ġużeppi u xeħtu l-ħabs fejn kienu magħluqa l-ħabsin tas-sultan. U hu baqa’ hemm fil-ħabs.
21Imma l-Mulej kien ma’ Ġużeppi u wera tjieba miegħu, u għamel li jsib grazzja f’għajnejn il-kap tal-ħabs.Atti 7,9-10.
22U l-kap tal-ħabs ħalla f’idejn Ġużeppi l-ħabsin kollha li kien hemm; u kulma kien isir hemm ġew kien jagħmlu hu.
23U l-kap tal-ħabs ma kienx jagħti kas ta’ dak li kien fdat f’idejn Ġużeppi, għax il-Mulej kien miegħu u kulma kien jagħmel il-Mulej kien iġibhulu ’l quddiem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.