1U mbagħad Mosè, flimkien ma’ wlied Iżrael, għanna din l-għanja lill-Mulej, u qalu:
“Ngħanni lill-Mulej, għax tkabbar bis-sħiħ.
Żwiemel u rikkieba waddabhom fil-baħar.
2Qawwieti u għanjieti l-Mulej:
għalija sar is-salvazzjoni.
Dan hu Alla tiegħi, u lilu nfaħħar;
Alla ta’ missieri, u lilu ngħolli!
3Il-Mulej gwerrier, Jaħweh ismu!
4L-imriekeb tal-Fargħun u qawwietu tefagħhom fil-baħar;
l-aħjar fost il-gwerriera tiegħu f’Baħar il-Qasab għarraqhom!
5Belagħhom l-irdum, bħal ġebla niżlu fil-qiegħ.
6Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa,
lemintek, Mulej, tfarrak il-għadu.
7Bil-kobor ta’ sebħek ixxejjen ’il min iqum għalik.
L-għadab tiegħek terħih jiblagħhom bħat-tiben.
8Man-nifs ta’ għadbek inġemgħu l-ilmijiet;
bħal gzuz twaqqfu l-gliegel;
għaqdu fil-qalba tal-baħar l-imwieġ.
9U l-għadu qal: ‘Niġri għal warajhom u nilħaqhom;
naħtaf il-priża u xewqti naqta’;
nislet is-sejf u idi teqridhom.’
10Infaħt b’nifsek, u l-baħar għattiehom.
U għerqu bħaċ-ċomb fil-qawwa tal-baħar.
11Min hu bħalek, Mulej, fost l-allat?
Min hu bħalek? Int kbir fil-qdusija,
tal-biża’ fit-tifħir, int li tagħmel l-għeġubijiet.
12Meddejt lemintek, u belgħethom l-art.
13Bi tjubitek mexxejt dan il-poplu li int fdejt;
b’ħiltek mexxejtu lejn l-għamara qaddisa tiegħek.
14Semgħu l-ġnus u triegħdu:
uġigħ qabadhom il-Filistin,
15tħawdu l-kbarat ta’ Edom,
qabdithom rogħda l-qawwijin ta’ Mowab,
dabu bil-biża’ n-nies kollha ta’ Kangħan.
16Ħa jaqgħu fuqhom biża’ u tregħid;
għall-kobor ta’ driegħek
jitbikkmu bħal ġebla;
sa ma jgħaddi l-poplu tiegħek, Mulej;
sa ma jgħaddi dan il-poplu li int ksibt għalik.
17Twassalhom u tħawwilhom
fuq il-muntanja, il-wirt tiegħek;
l-imkien, Mulej, li int għamiltu għamartek;
il-maqdes, Sidi, li ħejjew idejk.
18Il-Mulej isaltan għal dejjem ta’ dejjem.”
L-għanja ta’ Mirjam19Malli ż-żwiemel tal-Fargħun bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu niżlu fl-ilma, il-Mulej reġġa’ lura għal fuqhom l-ilma tal-baħar, u wlied Iżrael għaddew fin-niexef f’nofs il-baħar.:
“Għannu lill-Mulej, għax tkabbar bis-sħiħ. Żwiemel u rikkieb fil-baħar waddabhom.”
Fid-deżert ta’ Sur22Imbagħad Mosè mexxa lil Iżrael minn Baħar il-Qasab, u ħarġu lejn id-deżert ta’ Sur; u damu miexja fid-deżert tlitt ijiem u ma sabux ilma. u ma setgħux jixorbu l-ilma minn Mara għax kien morr. Għalhekk semmewha ‘Mara’.
24U l-poplu beda jgemgem għal Mosè u jgħid: “X’se nixorbu?”
27U waslu f’Elim fejn kien hemm tnax-il għajn tal-ilma u sebgħin siġra tat-tamar, u waqqfu hemm it-tined ħdejn l-ilma.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.